It-tabib personali tal-Papa Fabrizio Soccorsi, miet minn kumplikazzjonijiet tal-qalb relatati mal-koronavirus. It-tabib, li kellu 78 sena, kien qed jiġi trattat għal ‘patoloġija ontoloġika’ u miet fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma.
Franġisku kien ħatar lil Soccorsi bħala tabib tiegħu f’Awwissu 2015 wara li ma ġedditx it-terminu tat-tabib papali Patrizio Polisca li kien ukoll kap tas-servizzi sanitarji tal-Vatikan.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.