Cory Heimann huwa ‘jack of all trades’ fid-dinja tal-arti. Hu espert fil-qasam tal-graphic design kif ukoll fil-fotografija u l-produzzjoni tal-vidoes. Juża l-viżjoni kreattiva sabiex iġib flimkien diversi tipi ta’ artisti għal għan wieħed sempliċi.
Fost il-ħidmiet u l-proġetti kollha tiegħu, il-favorit tiegħu huwa l-ktieb bl-isem Created li huwa ħidma kollaborattiva li turi pitturi, atturi,rgħajja, atturi, professuri, arkitetturi u produtturi tal-films Kattoliċi. Huma lkoll jgħidu liema ħames kelmiet jispiraw ix-xogħol tagħhom. Cory innifsu jgħid li hu jikseb ispirazzjoni mill-Iskrittura.
https://www.romereports.com/en/2021/01/09/catholic-artist-cory-heimann-shows-saving-power-of-beauty/