Kjarifika dwar 1.4 miljun Euro bejn il-Vatikan u l-Awstralja
Iċ-Ċentru għas-Superviżjoni Finanzjarja tal-Awstralja, li ftit xhur ilu kien allega li 1.4 billjun euro ġew trasferiti mill-Vatikan għall-Awstralja fl-aħħar 6 snin u ma jafux fejn marru, ammetta li kien hemm żball fil-kalkoli: il-flus trasferiti kienu 6 miljun u mhux 1.4 biljun. Dawn il-flus ikopru ħlasijiet ta’ kuntratti u t-tmexxija ordinarja tal-Knisja Kattolika fl-Awstralja.
L-allegazzjoni kienet wasslet għal sensazzjoni kbira fil-midja l-aktar meta l-każ tqajjem fil-Parlament Awstraljan. Issa ċ-Ċentru Awstraljan għas-Superviżjoni Finanzjarja kkorreġa l-iżball permezz tal-website tal-gazzetta ‘The Australian’. Wara l-kjarifika minn dan iċ-Ċentru, il-Vatikan afferma r-rispett tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-pajjiż u wera sodisfazzjon għall-kollaborazzjoni bejn dawk li kienu involuti biex toħroġ il-verità.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea
|Rapport għal-Laik![]() | ReplyForward |