Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Djoċesi ta’ Għawdex dwar attivitajiet reliġjużi fuq barra.
Id-Djoċesi ta’ Għawdex tixtieq turi d-diżapprovazzjoni tagħha u tiddiżassoċja ruħha minn kull attività reliġjuża li ġiet jew tista’ tiġi organizzata fuq barra u li ma tirrispettax il-miżuri tal-Awtoritajiet biex jipproteġu s-saħħa tal-pubbliku.
Hija tkompli tħeġġeġ lill-parroċċi, il-komunitajiet u l-entitajiet reliġjużi biex iħarsu s-saħħa tan-nies billi jieħdu dejjem u f’kull sitwazzjoni l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.