Insara fi Tranżizzjoni

Print Friendly, PDF & Email

Kura tal-ħolqien fid-Djoċesi ta’ Liège

Sa minn Settembru 2020 id-djoċesi ta’ Liège fil-Belġju qed taħdem fuq proġetti ispirati mill-enċiklika tal’ Papa Franġisku Laudato si’. Fl-2017 kien inħoloq grupp ta’ voluntieri, bl-isem ta’ “Insara fi Tranżizzjoni” li wassal biex id-djoċesi tiddikkjara lilha nnifisha “Djoċesi fi Tranżizzjoni”.

Il-grupp organizza diversi inizjattivi dedikati lid-“dar komuni tagħna” billi ġie osservat l-“Istaġun tal-Ħolqien 2020, sar talb ekumeniku, forum għall-pubbliku, mixjiet fil-kampanja u Quddies b’tema tal-Laudato si’. Saret koperativa li tmexxi wesgħa kbira għat-tkabbir tal-frott u l-ħxejjex, proġett li ġab ħafna nies flimkien. Inħadmu serje ta’ filmati bl-isem ta’ “Ideat Aktar Ċari Grazzi għal Laudato si’. Hemm ukoll pjan biex jinħoloq ġnien għall-ħxejjex fl-2021 biex jiġu mgħejuna nies li huma f’diffikultà fin-naħat ta’ Liège.

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-01/laudato-si-story-belgium-liege.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d