Il-Kardinal Parolin iżur il-Kamerun bħala sinjal tal-qrubija tal-Papa lejn l-Afrika
Is-Segretarju tal-Istat Kardinal Pietro Parolin flimkien ma’ Mons. Ivan Santus, uffiċjal mas-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet mal-Istati tas-Segretarjat tal-Istat waslu ġewwa l-Kamerun nħar il-Ħamis li għadda u ż-żjara tintemm nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar.
Iż-żjara hija maħsuba biex turi — għal darb’oħra u fil-kuntest tal-emerġenza umanitarja attwali kkawżata mill-pandemija – l-attenzjoni tal-Knisja u tal-Papa Franġisku għall-kontinent Afrikan, art rikka fl-umanità iżda mmarkata minn tbatija kbira.
Din iż-żjara hija maħsuba ukoll bħala sinjal konkret ta’ “impenn komuni, t’appoġġ u għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-dinjità u l-ġid ta’ kulħadd, rieda li nuru kura u kompassjoni, li naħdmu għar-rikonċiljazzjoni u l-fejqan, u biex nagħmlu progress fir-rispett u l-aċċettazzjoni reċiproka. “
Il-Papa appella għal din l-espressjoni ta’ tħassib fil-messaġġ tiegħu għall-54 Jum Dinji tal-Paċi, iċċelebrat fl-1 ta’ Jannar 2021, li kien intitolat: “Kultura ta’ kura bħala triq għall-paċi”.
Huma ppjanati laqgħat mal-awtoritajiet tal-pajjiż, kif ukoll diversi appuntamenti reliġjużi.
Il-Kardinal Parolin ser jiċċelebra l-Ewkaristija fil-Katidral ta’ Bamenda, li matulha se jimponi l-pallju fuq l-Arċisqof tad-Djoċesi, Andrew Nkea Fuanya.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan se jżur ukoll id- “Dar tat-Tama” f’Yaoundé. Iċ-ċentru twaqqaf 40 sena ilu mill-Ġiżwita Patri Yves Lescanne biex jipprovdi għajnuna għat-tfal tat-triq u priġunieri żgħar.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-francis-to-join-first-world-day-human-fraternity.html