Il-Papa jiftakar fit-tfal li qed jitqabdu mal-marda tal-kanċer.

Print Friendly, PDF & Email

Fi tweet li għamel ilbieraħ (it-Tnejn), Il-Qdusija Tiegħu esprima l-qrubija tiegħu mat-tfal li jbatu bil-marda tal-kanċer. Huwa appella lin-nies kollha biex jassistuhom u jiżguraw li tingħata l-ogħla prijorità ta’ għajnuna lill-aktar dgħajfa.

“Jalla l-Mulej jispira lil kulħadd biex jersqu lejn dawk li qed ibatu, b’mod speċjali lejn it-tfal, u biex ipoġġu lill-aktar dgħajfa fl-ewwel post. Jien nafda lit-tobba u lit-tfal kollha morda f’idejn il-Verġni Marija sabiex bl-affezzjoni ta’ omm tkun tista’ tħarishom. #ICCDay”

Il-15 ta’ Frar jimmarka l-Jum Internazzjonali tal-Kanċer fit-tfal, il-ġurnata annwali bil-għan li tagħmel kampanja u tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer fit-tfulija. Dan il-Jum jinkoraġġixxi appoġġ għalihom, u għall-familji permezz ta’ għadd t’inizjattivi lokali, nazzjonali u internazzjonali. L-attenzjoni tmur ukoll biex tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal aċċess universali għal trattamenti u kura għal tfal li qed jitħabtu mal-kanċer.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-remembers-children-struggling-with-cancer.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading