Fl-Anġelus, il-Papa jfakkar lil Santa Faustina Kowalska u l-‘messaġġ speċjali’ tal-ħniena.

Wara li mexxa t-talba tal-Anġelus, il-Papa Franġisku sellem lill-pellegrini Pollakki li kienu miġburin fi Pjazza San Pietru u fakkar fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fi Plock, il-Polonja, fejn 90 sena ilu, l-Mulej deher lil Suor Faustina Kowalska u fdalha l-messaġġ speċjali tal-Ħniena Divina, li San Ġwann Pawlu II għen biex jiġi magħruf u apprezzat fid-dinja.

Il-Papa Franġisku qal li dan il-messaġġ “mhu ħadd ħlief l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, li miet u rxoxta, u li jagħtina l-ħniena tal-Missier. Il-Qdusija Tiegħu ħeġġiġna biex niftħu qalbna bil-fidi, u li npoġġu l-fiduċja tagħna f’Ġesù, billi nlissnu bil-fidi l-kliem: “Ġesù, Jiena nafda fik”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/2/22/papa-francesco-angelus-ricorda-santa-faustina-kowalska-e-lo-speciale-messaggio-della-misericordia/

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.