Iż-żjara tal-Papa Franġisku hija sinjal ta’ qrubija mal-Knisja fl-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

L-Ewwel Vjaġġ Appostoliku papali tal-Papa Franġisku lejn l-Iraq huwa skedat li jibda nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu. Matul iż-żjara ta’ erbat ijiem, il-Papa ser jiltaqa’ ma’ komunitajiet Insara, kif ukoll mal-awtoritajiet ċivili u reliġjużi.

Dan se jkun l-ewwel vjaġġ tal-Qdusija Tiegħu wara ħmistax-il xahar, minn mindu faqgħet il-pandemija tal-Covid-19 u r-restrizzjonijiet sussegwenti fuq il-moviment, ħolqu sfida għall-ivvjaġġar estern. Huwa wkoll l-ewwel vjaġġ papali fl-Iraq. Hekk kif it-tħejjijiet jidħlu b’mod aktar intensi, s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, ħareġ messaġġ bil-vidjo, fejn enfasizza l-importanza ta’ din iż-żjara storika fin-nazzjoni tal-Lvant Nofsani u fil-komunitajiet Insara tagħha.

Is-Segretarju tal-Istat iddeskriva ż-żjara tal-Papa bħala sinjal tal-“qrubija tiegħu mal-Knisja Kattolika” fil-pajjiż u mal-komunitajiet Kristjani li qed jonqsu. “Aħna nafu li l-Knisja sofriet ħafna,” qal il-Kardinal Parolin. “Tilfet ħafna Nsara li telqu mill-Iraq għal pajjiżi oħra.” Il-Knisja, għalhekk, teħtieġ il-preżenza tar-Ragħaj tal-Knisja Universali “biex titħeġġeġ u tkompli l-missjoni tagħha li tixhed lil Ġesù Kristu u l-Evanġelju fis-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha,” huwa qal.

Dimensjoni oħra pożittiva għaż-żjara tal-Papa, skond il-Kardinal, hija li “jagħtu spinta lill-isforzi li diġà bdew jagħtu biex jerġgħu jibnu l-pajjiż”. Huwa qal li dawn l-isforzi qed jitwettqu fuq bosta fronti, u jinkludu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u diviżjoni, u l-iżgurar li kulħadd jiġi ttrattat bl-istess mod – “jagħti lil kulħadd il-postijiet mistħoqqa tagħhom fin-nisġa tas-soċjetà minkejja l-appartenenza jew il-klassi reliġjuża tagħhom.”

T’ importanza kbira wkoll, hija s-sinifikat inter-reliġjuż taż-żjara tal-Papa. Bħala parti mill-itinerarju tiegħu, l-Papa se jivvjaġġa lejn il-belt il-qaddisa ta’ Najaf biex jiltaqa’ mal-Grad Ayatollah Ali al-Sistani, li huwa kleriku Musulman influwenti. Il-Papa Franġisku huwa favur l-isforzi inter-reliġjużi. Fi Frar 2019, il-Papa u l-Imam il-Kbir ta’ al-Azhar fil-Kajr, Ahmed al-Tayeb, iffirmaw dikjarazzjoni storika dwar il-Fraternità f’Abu Dhabi. Iż-żjara tal-Papa, kkonkluda l-Kardinal Pietro Parolin, se tkun okkażjoni ta’ “djalogu inter-reliġjuż, kollaborazzjoni, fehim u fraternità bejn l-Insara u l-Musulmani fid-dawl tal-ġid tal-pajjiż u l-futur isbaħ tiegħu.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-03/pope-francis-iraq-apostolic-visit-church.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading