Il-Papa Franġisku u l-logħba tal-futbol

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jħobb isemmi l-futbol fid-diskorsi u fil-kitbiet tiegħu, bħalma hemm fl-eżortazzjoni appostolika tiegħu, indirizzata liż-żgħażagħ, ‘Christus Vivit’, ‘Kristu Jgħix’. Il-Papa juri l-importanza tal-isports fil-ħajja taż-żgħażagħ u jitkellem dwar il-valuri li għandhom ikunu inkuraġġiti fl-isports, bħall-inklużjoni, is-solidarjetà u l-fraternità b’kuntrast għal-loġika kummerċjali u l-ideoloġija tas-suċċess. Il-Papa juża l-analoġija tal-isports meta jikteb li: “Aħna nsalvaw biss bħala tim.”

F’intervista li kien ta f’Dar Santa Marta, irrakkonta li ta’ tifel kien jilgħab ma’ sħabu fit-toroq fl-Arġentina bil-ballun taċ-ċarruta, għax ma kellhomx flus biex jixtru blalen aħjar. Jorge Bergoglio, għax dan hu l-isem proprju tal-Papa, ma kienx mit-tajbin bħala plejer u għalhekk sħabu kienu jqiegħduh goalkeeper anke għax skont espressjoni fl-Arġentina, “kien wieħed ta’ żewġ saqajn xellugin”, jiġifieri kien ta’ saħħa partikulari u allura seta’ jkun kien sod bejn il-lasti.

Il-Papa jsemmi eżempju ħelu ta’ ġurnalist li jistaqsi lil teologu kif wieħed jista’ jispjega l-ferħ lit-tfal. It-teologu wieġeb: “Nispjega dan billi nagħtihom ballun biex jilagħbu bih.”

https://www.ncronline.org/news/media/theology-en-la-plaza/pope-francis-and-his-secular-encyclical-sport

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading