Il-Papa jappella għat-tmiem tal-vjolenza fuq d-dimostranti tal-Mjanmar

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku għal darb’oħra semgħa leħnu biex jagħti l-appoġġ tiegħu lill-poplu tal-Mjanmar, wara l-vjolenza li qed issir kontra d-dimostranti. Il-forzi tas-sigurtà qatlu mill-inqas 30 persuna li pparteċipaw f’dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija mill-kolp ta’ stat militari li seħħ fl-1 ta’ Frar.

Mbikki dwar il-ġlied fatali, l-Papa Franġisku talab lill-forzi militari fil-gvern biex iwaqqaf il-vjolenza. “Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet involuti, sabiex id-djalogu jkun jista’ jipprevali fuq ir-ripressjoni, u l-armonija fuq in-nuqqas ta’ ftehim,” qal il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa.

Huwa ħeġġeġ ukoll lill-komunità internazzjonali biex tiżgura li “l-aspirazzjonijiet tal-poplu tal-Mjanmar ma jiġux soffokati bil-vjolenza”. “J’alla ż-żgħażagħ ta’ dik l-art maħbuba jitħallew jittamaw fil-futur, fejn il-mibegħda w l-inġustizzja jagħtu spazju għal-laqgħa u r-rikonċiljazzjoni,” stqarr il-Kap tal-Knisja Kattolika.

Fl-1 ta’ Frar, il-militar tal-Mjanmar ħadu l-poter f’kolp ta’ stat, u żammew ħafna mexxejja politiċi. Aung San Suu Kyi, dak iż-żmien kienet il-Kanċillier tal-Istat, u mexxejja de facto, u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi, ġiet arrestata u qed tiffaċċja diversi akkużi, fosthom li kkawżat “biża’ u allarm” u li kellha tagħmir ta’ komunikazzjoni mportat illegalment.

Fl-appell tiegħu, l-Papa Franġisku talab lill-forzi militari biex jeħilsu lill-priġunieri politiċi u jieħdu passi lejn ir-restawr tad-demokrazija.. “Fl-aħħarnett, nerġa ntenni l-appell tiegħi espress xahar ilu, li l-vjaġġ lejn id-demokrazija mwettaq f’dawn l-aħħar snin mill-Mjanmar jista’ jiġġedded permezz tal-ġest konkret tal-liberazzjoni tal-mexxejja politiċi li bħalissa jinsabu l-ħabs”

L-appell tal-Papa jasal meta bħalissa għaddejja ripressjoni vjolenti fuq id-dimonstranti. Illum (L-Erbgħa), li fih il-Papa qed jagħmel l-appell, il-puluzija qatlu mill-inqas 9 persuni li pparteċipaw f’dimostrazzjoni favur id-demokrazija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-myanmar-appeal-violence-against-protesters.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading