L-Iraq, il-pajjiż fejn il-Papa Franġisku qed jagħmel żjara storika mit-5 sat-8 ta’ Marzu, hu msemmi diversi drabi fir-rakkonti tal-Bibbja.
Kien fil-belt Iraqina ta’ Ur li permezz ta’ Abraham bdiet l-esperjenza tal-bniedem ma’ Alla. Personaġġi oħra, fosthom Iżakk, Ġakobb u t-tribujiet ta’ Iżrael, għandhom rabta ma’ art Iraqina. Meta fil-Bibbja naqraw dwar il-Babilonja u l-Mesopotamja nkunu qed immissu ma’ ċiviltajiet mill-eqdem li ħejjew it-triq għal reliġjonijiet li kellhom jitwieldu maż-żmien. Iż-żjara tal-Papa hi okkażjoni biex jiġu mġedda dawn ir-rakkonti sbieħ tal-Bibbja.
Minn Joe Galea