Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-Gran Ayatollah Al-Sistani tal-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

Fil-bidu tat-tieni jum tiegħu fl-Iraq, il-Papa Franġisku, tar lejn Najaf, fejn hemmhekk kellu laqgħa privata mal-Gran Ayatollah Sayyid Al-Husayni Al-Sistani fir-residenza tiegħu. Qabel ma ltaqa’ miegħu, l-Papa kellu laqgħa ma’ Ibnu Mohammed Rida.

Il-belt ta’ Najaf tinsab madwar 160 km fin-nofsinhar ta’ Bagdad, 30 km minn Babilonja l-antika, u 400 km fit-tramuntana tal-belt biblika ta’ Ur. Din twaqqfet fis-791 AD mill-Kalifa Hārūn al-Rashīd, u l-iżvilupp tagħha seħħ l-aktar wara l-10 seklu.

Il-Gran Ayatollah Sayyid Ali Al-Husayni Al-Sistani huwa l-mexxej tax-Xiiti tal-Iraq, li jinkludi aktar minn 60% tal-popolazzjoni, u huwa figura nfluwenti fix-Shiism globali u fil-pajjiż kollu.

Skond dikjarazzjoni mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, waqt iż-żjara ta’ kortesija, li damet madwar 45 min, “il-Qdusija Tiegħu saħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni u l-ħbiberija bejn il-komunitajiet reliġjużi biex jikkontribwixxu – permezz tal-kultivazzjoni tar-rispett reċiproku u d-djalogu għall-ġid tal-Iraq, tar-reġjun u tal-familja umana kollha.”

Il-komunikat jgħid ukoll, “il-laqgħa kienet okkażjoni għall-Papa biex jirringrazzja lill-Gran Ayatollah al-Sistani talli tkellem – flimkien mal-komunità Xita – fid-difiża ta’ dawk l-aktar vulnerabbli w ippersegwitati fost il-vjolenza u t-tbatijiet kbar ta’ dawn l-aħħar snin, u talli afferma l-qdusija tal-ħajja umana, w l-importanza tal-unità tal-poplu Iraqi.”

Qabel ma’ telaq, il-Papa Franġisku sellem lil Ayatollah il-Kbir, u qalu li ser ikompli jitlob biex Alla, l-Ħallieq ta’ kulħadd, jagħti futur ta’ paċi w fraternità lill-art maħbuba tal-Iraq, lill-Lvant Nofsani u lid-dinja kollha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-meets-grand-ayatollah-al-sistani.html

Kif ukoll fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-stresses-importance-of-cooperation-fraternity-in-m.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d