Waqt quddiesa b’sufraġju għall-Papa Pawlu VI.

Print Friendly, PDF & Email

EWKARISTIJA SOLLENNI B’SUFRAĠJU TA’ PAWLU VI U ĠWANNI PAWLU I

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Bażilika ta’ San Pietru, 28 ta’ Settembru 1980

1. “Imma int , bniedem ta’ Alla, aħrab dan kollu; fittex li jkollok il-ġustizzja, it-tjieba, il-fidi, l-imħabba, is-sabar, il-ħlewwa. Tqabad t-taqbida t-tajba tal-fidi: qis li tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhieda” (1Tm 6,11-12).

Dan il-kliem tal-Appostlu, meħud mil-Liturġija ta’ dan il-Ħadd, jippermettulna, sentejn mill-mewt, li nġeddu t-tifkira tal-Papa Gwanni Pawlu I, li kien imsejjaħ għas-sedja ta’ Pietru nhar is-26 ta’ Awissu 1978 u minnha kien imsejjaħ għal dar il-Missier, biex jilħaq il-ħajja eterna fit-28 ta’ Settembru, wara li kien temm is-servizz tiegħu, li dam biss 33 jum, f’din is-sedja: “Qis li tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna  xhieda”.

2. Kemm jgħidilna dan il-kliem! Kemm jgħid lil dawk kollha li sellmu bil-ferħ l-elevazzjoni tal-Kardinal Albino Luciani, patrijarka ta’ Venezia, għas-sedja ta’ San Pietru; għal dawk kollha li jiftakruh u kważi għadhom jaraw il-wiċċ tagħhom, manswet, hekk faċilmrent imdawwal minn tbissima serena lejn kull bniedem. U kemm jgħid dan il-kliem lis-saċerdoti, li tagħhom kien darba ħuhom u missierhom, b’mod partikolari għal dawk is-saċerdoti li lilhom kien jippriedka b’mod voluntier kien jippriedka l-eserċizzi spiritwali. Ftit taż-żmien ilu kelli ċans naqra it-test ta’ dawn l-eżerċizzi meraviljużi, mimlija bl-ispirtu tiegħu. Mil-lingwaġġ figurattiv, addattati f’kull pass tagħhom mar-realtà tal-ħajja saċdrdotali u ċċentrati madwar il-figura tas-sammaritan it-tajjeb. Wieħed jistà jara tajjeb kemm kien għalih għażiż dan il-personaġġ, kemm kien jidentifika ruħu miegħu. Wieħed jistà wkoll jissopponi li tali figura kienet se ssir l-ispiratriċi ewlenija ta’ dak il-pontifikat, li kellu biss iż-żmien li jibda. Tassew, huwa kien għall-Knisja u għad-dinja “magis ostensus, quam datus!”.

3. Aħna, l-Isqfijiet miġbura għas-sessjoni preżenti tas-Sinodu, għadna niftakruh bħala parteċipant fis-sessjoni tal-1977. Fl-awla sinodali jiena kont nokkupa post qrib tiegħu, propju quddiemu.

Ħdax-il xahar wara dik is-sessjoni huwa kien imsejjaħ għas-sedja ta’ San Pietru, u sena wara dik illum ma kienx għadu jgħix! Lanqas kellu żmien jippublika dak id-dokument dwar it-tema tal-katekeżi, li fiha kellu jesprimi ruħu, fuq talba tal-assemblea sinodali, il-frott tax-xogħol tiegħu; u kienet, din, tema tant għażiża għalih. Madankollu, tul il-perijodu ta’ biss erbà ġimgħat tal-pontifikat tiegħu, huwa rnexxielu jtina espressjoni partikolari b’mod speċjali permezz tal-katekeżi tiegħu mwettqa fl-udjenzi ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa, u ddedikati għall-fidi, għat-tama u għall-karità.

Lanqas, mill-banda l-oħra, ma nistgħu ninsew il-kliem li propju dwar it-tema tas-Sinodu tal-Isqfijiet ippronunzja fl-ewwel radjumessaġġ tiegħu, l-għada tal-elezzjoni tiegħu; wara li kien iddikjara, bħala l-ewwel intenzjoni tiegħu, dik li jiżviluppa “sine intermissione” l-wirt tal-konċilju Vatikan II, waqt li mpenja ruħu biex japplika n-normi għorrief, huwa kien dar lejn il-Kardinali tal-Kulleġġ Sagru u lejn l-Isqfijiet tal-Knisja ta’ Alla, “li l-kolleġġjalità tagħhom – kien żied – irridu b’mod qawwi nikkonfermaw,  waqt li ninqdew bl-opra tagħhom fit-tmexxija tal-Knisja universali. Kemm permezz tal-organu sinodali, kif ukoll permezz tal-istrutturi tal-kurja Rumana” (cf. Insegnamenti di Giovanni Paolo I, pp. 15-17). Huwa, dan, kliem ċar biżżejjed, li juri l-impenn formali tiegħu li “jivvalorizza” is-Sinodu.

Huwa għal dan li aħna llum, fil-waqt li fih ninsabu miġburin mill-ġdid fis-Sinodu, inqisu bħala bżonn partikolari tal-qalb li niftakru quddiem Alla lil ħuna u missierna, il-Papa Ġwanni Pawlu I, waqt li nbaxxu rasna quddiem il-misteru npenetrabbli tal-providenza, li ntwera fil-miġja tiegħu u fit-tluq tiegħu, u waqt li niżżu ħajr għaliex huwa żamm “bla tebgħa u bla ma fih xi ċċanfar il-kmandament, sal-manifestazzjoni tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu” (1Tm 6,14

4. Il-figura ta’ Ġwanni Pawlu I tmexxi dejjem il-ħsibijiet tagħana lejn iż-żewġ predeċessuri tiegħu fuq is-sedja ta’ Pietru, li isimhom magħqud huwa assuma bħal wirt, bħallikieku ried iwettaq li mhux leċitu tifridhom u li, billi kien għas-servizz fis sedja ta’ Pietru, kien meħtieġ li jkompli l-opra tagħhom.

Jekk illum permez tal-ismijiet stess ta’ Ġwanni u ta’ Pawlu qegħdin nindirizzaw il-ħsieb tagħna lejn iż-żewġ predeċessuri tiegħu, li inawguraw, f’ċertu sens, epoka ġdida fil-Knisja, hemm bżonn li b’mod speċjali nindirizzaw dan il-ħsieb flimkien mat-talb u mas-sagrifiċċju lejn il-Papa Pawlu VI, l-ewwelnett għaliex  it-tieni anniversarju tal-mewt tiegħu imur lura biss għal ftit ġimgħat ilu u jippreċedi bi ftit l-annversarju tallum tal-mewt tas-suċċessur immedjat tiegħu  .

Fost it-tant opri mwettqa, Pawlu VI jgħaddi għall-istorja bħala dak li, waqt li qiegħed fil-prattika it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II dwar il-kolleġġjalità, ta ħajja propju lil dan is-Sinodu tal-Isqfijiet, li għalih qegħdin niltaqgħu f’sessjoni ordinarja issa għall-ħames darba. Fondamentali, f’dan ir-rigward, jidher it-test tad-dokument istituttiv “Apostolica Sollicitudo”, sabiex , b’avanz ta’ tliet xhur fuq il-konklużjoni tal-Konċilju, kien iffissa l-fatturi li għadhom validi tal-organiżmu ekkleżjali l-ġdid, ikkonċeput bħala  “peculiare sacrorum Antistitum consilium”, u b’mod partikulari kien indika l-ispirtu u l-għanijiet: iffavorixxa l-għaqda l-iktar stretta u l-kollaborazzjoni opportuna bejn il-Papa u l-Isqfijiet tad-dinja kollha (cf. Pawlu VI, Apostolica Sollicitudo: AAS 57 [1965] 775ss).

5. Waqt li inawgura s-sessjoni ordinarja preċedenti tas-Sinodu tal-Isqfijiet b’konċeebrazzjoni fil-Kappella Sistina, Pawlu VI kien sellem lill-assemblea bħala “eżempju stupend ta’ komunjoni ekkleżjali” u, waqt li ndirizza l-kuxjenza personali ta’ kull Isqof preżenti, kien qal hekk, fost affarijiet oħra: “Aħna magħżulin, aħna msejħin, aħna mżejnin mill-Mulej b’missjoni trasformatriċi. Bħala Isqfijiet, aħna s-suċċessuri tal-Appostli, ir-rgħajja tal-Knisja ta’ Alla. Dmir jikkwalifikana: li nkunu xhieda, li nkunu portaturi tal-messaġġ evanġeliku, li nkunu għalliema quddiem l-umanità.

Dan kollu rridu niftakru, meqjumin ħuti, biex inħeġġu mill-ġdid il-koxjenza tal-elezzjoni tagħna, tal-vokazzjoni tagħna, tar-responsabiltà tal-uffiċċju kbir, perikoluż, inkomdu li kien afdat lilna; imma fuq kollox biex nirrikonfermaw il-fiduċja kollha tagħna fl-assistenza ta’ Kristu fit-tbatijiet tagħna, fit-taħbit kollu tagħna, fit-tamiet tagħna”.

U kompla:
“Li tkunu veri Appostli ta’ Kristu llum huwa att kbir ta’ kuraġġ u fl-istess ħin att ta’ fiduċja fil-qawwa tal-għajnuna ta’ Alla; għajnuna li Alla bla ebda dubju mhux se jħalli li tiġi nieqsa, jekk il-qalb tal-Appostlu tkun miftuħa għall-influss delikat u potenti tal-grazzja tiegħu”.

U kien kompla:
“Il- panorama tad-dinja, li fuqha titfaċċa r-responsabiltà tagħna evanġelizzaturi, tagħtina l-idea tal-immensità, iġġegħlna nmissu b’idejna il-piż tal-missjoni tagħna. Kemm, kemm għad hemm x’nagħmlu! Mad-daqqa t’għajn tirriżulta inferjorità tal-għaġeb, inadegwatezza min-naħa tagħna li tistà tidher insuffiċjenza totali. Imma għalhekk irid jafferma u jikkonferma ruħu l-impenn tagħna: il-ħarsa fuq id-dinja u fuq il-futur ma tridx tiġġenera mill-għażż… Kollox għajr dan: bogħod milli naqtgħu qalbna, appuntu biex nirrejaġixxu għat-tentazzjoni tal-għażż, aħna għandna nkunu ċerti li l-“virtù”, jiġifieri l-qawwa, l-għajnuna, is-sokkors tal-Mulej huwa magħna” (cf. Insegnamenti di Paolo VI, XV [1977] 888-890).

Dan kien il-kliem stimulant li smajna fit-30 ta’ Settembru 1977. Kien meħtieg li llum dan jerġà jidwi mill-ġdid f’nofsna, biex nagħtu xhieda lill-kontinwità ta din il-kawża kbira, li biex naqdu lilha erġajna ltqajna mill-ġdid.

6. F’dan il-waqt, però, minħabba li wara nofsinhar se nmur pellegrinaġġ Subiaco mar-rappreżentanti tal-konferenzi episkopali tal-pajjiżi Ewropej, ma nistax ma nagħmilx referenza għalkemm qasira għal ieħor mill-merti distinti ta’ Pawlu VI. Qiegħed ngħid għal dak li hu qal u ddeċieda u għamel sabiex fil-kuxjenza tal-Ewropa moderna tibqà dejjem ħajja, bħala ferment attiv, it-tifkira tal-kontribut kbir ta’ ħsieb u ta’ opri mogħti lilu minn San Benedittu u, iktar b’mod inġenerali mit-tradizzjoni benedittina. Wara li kien ipproklamah “patrun tal-Ewropa”, huwa mar Montecassino biex iżur il-qabar tiegħu, ikkonsagra l-Knisja tal-irxuxtat monasteru, u f’diskors memorabbli tkellem dwar soċjetà “illum tant bżonnjuża li takkwista ħajja ġdida għall-għeruq,… l-għeruq insara li San Benedittu għal parti kbira tahom”.U b’mod opportun kien innomina l-motivazzjonijiet superjuri, jiġifieri ż-“żewġ irjus, li għadhom ukoll issa jixtiequ l-preżenza severa u ħelwa ta’ Benedittu f’nofsna: għall-fidi, li hu u l-ordni tiegħu ppridkaw fil-familja tal-popli, f’dik b’mod speċjali li tissejjaħ Ewropa; il-fidi nisranija, ir-reliġjon taċ-ċiviltà tagħna, dik tal-Knisja mqaddsa, omm u għalliema tal-ġnus; u għall-għaqda, li għaliha ir-raħeb kbir solitarju u soċjali eduka lill-aħwa u li għaliha l-Ewropa kienet il-kristjanità. Fidi u għaqda; x’nistgħu nixtiequ u ninvokaw għad-dinja kollha, u b’mod speċjali għall-porzjon konsiderevoli u magħżul li jissejjaħ Ewropa?” (cf. Insegnamenti di Paolo VI, II [1964] 606).

Propju fuq il-bażi ta’ dak il-wirt storiku, l-istess Papa, waqt li rċieva f’diversi okkażjonijiet gruppi ta’ prelati li kienu jappartienu lin-nazzjonijiet Ewropej, ikkonferma ħafna drabi d-dmir, anzi l-missjoni li jkunu ta’ inkuraġġiment għan-nazzjonijiet l-oħra u li jikkollaboraw b’impenn iktar responsabbli għat-tixrid tal-fidi. Lir-rappreżentanti ta’ xi konferenzi episkopali fakkar “il-valur tal-eżempji tal-Knejjes ta’ dan il-kontinent quddiem l-oqsma l-oħra tad-dinja kattolika u, b’mod speċjali, quddiem il-Knejjes iffurmati iktar riċentement”, li mill-Knejjes iktar antiki jistennew l-għajnuna meħtieġa (cf. Insegnamenti di Paolo VI, V [1967] 495).

L-istess opinjonijiet huwa tennihom f’Marzu tal-1971 lill-presidenti u lid-delegati tal-konferenzi Ewropej miġburin f’Ruma biex jikkostitwixxu il-“kunsill” speċjali tal-episkopati Ewropej. F’tali okkażjoni ried ifakkar mill-ġdid għal darb’oħra il-karattru unitarju tat-tradizzjoni, taċ-ċiviltà u tad-drawwiet tal-abitanti tal-kontinent u ħeġġeġ biex “tingħata xhieda evanġelika ta’ fidi, ta’ tama, ta’ karità, ta’ ġustizzja u ta’ paċi meqjusa l-kawżi importantissmi, li fl-Ewropa jistimolaw l-Knejjes u s-soċjetà umana”, mingħajr ma jinsew, iżda, l-bżonnijiet tal-Knisja universali, b’mod speċjali fit-tielet dinja (cf. Insegnamenti di Paolo VI, IX [1971] 221-222).

7. Jalla “s-sultan tar-renjanti u l-Mulej tas-sinjuri, l-uniku li jippossiedi l-immortalità, li jabita dawl inaċċessibbli, li ħadd fost il-bnedmin f’din l-art la qatt ra u linqas jistà jara” (1Tm 6,15-16) jiżvela fl-etrnità beata l-isplendur tal-qdusija tiegħu “wiċċ imb wiċċ” u  jdaħħal fil-komunjoni miegħu fil-karità eterna liż-żewġ ħutna u missirijietna meqjuma u maħbuba: Pawlu VI u Ġwanni Pawlu I.

“Lilu l-unur u l-qawwa għal dejjem!”

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: