QUDDIESA GĦALL- FTUĦ TAL-V ASSEMBLEA ĠENERALI TAS-SINODU TAL-ISQFIJIET
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Sistina, 26 ta’ Settembru 1980
1. Venerabbli ħuti fl-episkopat u għeżież intom ilkoll,
parteċipanti fis-sessjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li se jibda!
Huwa sewwa li nistgħu nibdew ix-xogħlijiet tagħna billi nidħlu fil-qalb stess tat-talba saċerdotali ta’ Kristu. Nafu liema u kemm kbir kien il-waqt li fih huwa ppronunzja l-kliem ta’ din it-talba. Ejjew ninflok nisimgħu b’liema kontenut inawdit dan huwa mimli: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek lil dawn li inti tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda, bħalna” (Ġw 17,11).
Meta l-Knisja titlob għall-għaqda tagħha, hija sempliċement tmur mill-ġdid għal dan il-kliem. B’dan il-kliem nitolbu għall-għaqda tal-insara. U, waqt li ninqdew b’dan l-istess kliem, nirrakkomandaw lill-Missier, f’isem Ktistu, dik l-għaqda li rridu nibnu waqt l-assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li jibda llum u jidħol għax-xogħlijiet tiegħu wara tħejjija twila u ddettaljata: ix-xogħlijiet dwar it-tema tad-dmirijiet tal-familja nisranija..
2. Din it-tema intgħażlet bħala konklużjoni, ippreżentata wara eżami dettaljat min-naħa tal-kunsill għas-segreterija ġenerali tas-Sinodu, tal-proposti li waslu lill-istess segreterija ġenerali tas-Sinodu min-naħa ta’ bosta Isqfijiet u tal-konferenzi episkopali, kif ukoll mis-Sinodi tal-Lvant. Din it-tema, matul il-ġimgħat li ġejjin, għandha tikkostitwixxi l-bażi tal-konsiderazzjonijiet tagħna, ukoll għaliex aħna konvinti b’mod profond li permezz tal-familja nisranija l-Knisja tgħix u twettaq l-missjoni afdata lilha minn Kristu. Għalhekk wieħed jista liberament jgħid li t-tema tas-sessjoni preżenti tas-Sinodu tinsab fuq l-estensjoni taż-żewġ sessjonijiet preċedenti. Kemm l-evanġelizzazzjoni, tema tas-Sinodu tal-1974, kif ukoll il-katekeżi, tema tas-Sinodu tal-1977, mhux biss huma ndirizzati lill-familja, imma minnha jiksbu l-qawwa awtentika tagħhom. Il-familja hija l-oġġett fundamentali tal-evanġelizzazzjoni u tal-katekeżi tal-Knisja, imma hija wkoll is-suġġett indispensabbli u insostitwibbli tagħha: ios-suġġett krejattiv.
3. Propju minħabba f’hekk, biex ikun dan is-suġġett, mhux biss ippiservat fil-Knisja u jikseb mir-riżorsi tagħha spiritwali, imma wkoll biex jikkostitwixxi l-Knisja fid-dimensjoni fundamentali tagħha, bħala “Knisja ċkejkna” (“Ecclesia domestica”), il-familja għandha b’mod partikolari tkun koxjenti tal-missjoni tal-Knisja u tas-sehem propju tagħha f’din il-missjoni.
Is-Sinodu preżenti għandu bħala dmir li juri lill-familji kollha s-sehem speċjali tagħhom fil-missjoni tal-Knisja. Dan is-sehem jinvolvi, fl-istess ħin, it-twettiq tal-iskop propju tal-familja nisranija, sa fejn hu possibbli fid-dimensjoni sħiħa tagħha.
Nixtiequ, permezz tax-xogħlijiet tal-assemblea sinodali, nerġgħu naqraw għal darb’oħra il-maġisteru għani tal-Konċilju Vatikan II fil-prospettiva tal-verità dwar il-familja miġbura fih, u wkoll mill-aspett tat-twettiq ta’ dan il-Konċilju min-naħa tal-familji. Il-familji nsara għandhom jerġgħu b’mod sħiħ isibu posthom f’din l-opra kbira. Is-Sinodu jrid jirrendi servizz, qabel kollox, lil dan l-iskop.
4. “Aħna ġisem wieħed fi Kristu u kull wieħed minna membru tal-ieħor” (Rm 12,5), jgħallem San Pawl fit-tieni qari tal-Liturġija tallum. U għalhekk, ukoll jekk il-laqgħa sinodali hija, minnha nfiha, forma speċjali tal-attività tal-kulleġġ episkopali, fl-isfera ta’ din l-assemblea nħossu bżonn partikolari tal-preżenza u tax-xhieda tal-għeżież ħutna rġiel u nisa, li jirrapreżentaw lill-familji nsara tad-dinja kollha. “Għandna għalhekk doni differenti skont il-grazzja mogħtija lil kull wieħed minna” (cf. Rm 12,6). Huwa propju waqt din l-assemblea, li t-tema tagħha hija l-familja nisranija u d-dmirijiet tagħha, li hemm tant bżonn tal-preżenza u tax-xhieda ta’ dawk li d-“doni” tagħhom, skont il-“grazzja” tas-sagrament taż-żwieġ lilhom “mogħtija”, huma doni ta’ ħajja u ta’ vokazzjoni għaż-żwieġ u għall-ħajja familjari.
Inkunulkom rikonoxxenti, għeżież ħutna, jekk waqt ix-xogħljiet tas-Sinodu, li għalihom se niddedikaw ruħna skont ir responsabiltà episkopali u pastorali, taqsmu magħna dawn id-“doni” tal-istat tagħkom u tal-vokazzjoni tagħkom, talinqas biss permezz tax-xhieda tal-preżenza tagħkom u wkoll tal-esperjenza tagħkom, b’għeruqha fil-qdusija ta’ dan is-sagrament kbir, li huwa r-rokna tagħkom: is-sagrament, jiġifieri, taż-żwieġ.
5. Meta Kristu, qabel mewtu, fuq l-għatba tal-misteru paskwali jitlob: “Missier qaddis, ħu ħsieb f’ismek lil dawk li inti tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda bħalna” (Ġw 17,11), allura talab b’xi mod, jistà jkun b’mod speċjali, ukoll l-għaqda tal-miżżewġin u tal-familji.
Jitlob għall-għaqda tad-dixxipli, għall-għaqda tal-Knisja; u l-misteru tal-Knisja kien minn San Pawl imqabbel maż-żwieġ (cf. Ef 5,21-33). Il-Knisja għalhekk, mhux tbiss tqiegħed iż-żwieġ u l-familja f’post speċjali fost id-dmirijiet tagħha, imma tħares ukoll lejn is-sagrament taż-żwieġ b’tali mod bħala l-mudell tagħha. Imfawra bl-imħabba ta’ Kristu-għarus, minn imħabbtu “sal-mewt”, il-Knisja tħares lejn l-għarajjes, li jaħilfu mħabbithom sal-mewt. U tqis dmir tagħha speċjali li tħares din l-imħabba, din il-fedeltà u onestà u l-ġid kollu, miksubin għall-persuna umana u għas-soċjetà. Hija propju l-familja li tagħti l-ħajja lis-soċjetà.
Huwa fiha li, permezz tal-opra tal-edukazzjoni, tifforma ruħha l-istruttura stess tal-umanità, ta’ kull bniedem fuq l-art.
Hawn hu dak li jgħid, fil-Vanġelu tallum, l-Iben lill-Missier: “Il-kliem li tajt lili jiena tajtu lilhom, huma semgħuh…u emmnu li inti bgħattni…Il-ħwejjeġ kollha tiegħi huma tiegħek u l-ħwejjeġ kollha tiegħek huma tiegħi…” (Ġw 17,8-10).
Ma jirbumbjax fil-qlub tal-ġenerazzjonijiet id-diwi ta’ dan id-djalogu? Ma jikkostitwix dan it-tessut ħaj tal-istorjsa ta’ kull familja u, permezz tal-familja, ta’ kull bniedem?
Ma nħossuniex, permezz ta’ dan il-kliem, marbutin b’mod partikolari mal-missjoni ta’ Kristu stess: ta’ Kristu saċerdot, profeta, sultan? Ma tiġix il-familja mill-qalb stess ta’ din il-missjoni?
6. “Inħeġġiġkom mela, ħuti, għall-ħniena ta’ Alla, biex toffru l-iġsma tagħkom bħala sagrifiċċju ħaj, qaddids u milqugħ lil Alla; huwa dan il-kult tagħkom spiritwali” (Rm 12,1).
Dan is-sagrifiċċju u dan il-kult jixhdu s-sehem tagħkom fis-saċerdozju rjali ta’ Kristu. Għalih ma jitwettaqx b’mod differenti kemm-il darba ma nobdux dik l-eżortazzjoni, indirizzata lil Alla, ħallieq u missier. L-ewwel qari, meħud mill-ktieb tad-Dewteronomju, jgħid: “Din il-kelma hija ferm viċin tiegħek, tinsab fuq fommok u f’qalbek, sabiex int tqiegħda fil-prattika” (Dt 30,14).
U Kristu jitlob hekk għad-dixxipli tiegħu: “Ma nitolbokx biex tneħħihom mid-dinja imma li tħarishom mill-Ħażin… Ikkonsagrahom permezz tal-verità. Għalihom jiensa nikkonsagra lili nnifsi sabiex ikunu… ikkonsagrati permezz tal-verità” (Ġw 17,15-19).
Hemm hu, iddisinjat mill-kelma ta’ Alla tal-Liturġija tallum, il-pjan tad-dmirijiet, li rridu nippreżentaw lill-familji nsara fil-Knisja u fid-dinja kontemporanja:
– Il-koxjenza tal-missjoni, li tieħu l-bidu tagħha mill-missjoni feddejja ta’ Kristu stess u titwettaq bħala servizz speċjali;
-din il-koxjenza titgħajjex mil-kelma ħajja mill-kelma ta’ Alla l-ħaj u mill-qawwa tas-sagrifiċċju ta’ Kristu. B’dan il-mod timmatura xhieda ta’ ħajja, kapaċi tifforma l-ħajja ta’ oħrajn; kapaċi li “tikkonsagra permezz tal-verità”;
– din il-koxjenza tferrà l-ġid, li hu biss huwa kapaċi li “jgħasses mill-Ħażin”. Id-dmir tal-familja huwa, għalhekk, simili għad-dmir ta’ dak, li fil-Vanġelu tallum, jgħid dwaru nnifsu: “Meta kont magħhom jien ħaristhom f’ismek, lil dawk li tajtni u jiensa ħadt ħsiebhom u ħadd minnhom ma ntilef…” (Ġw 17,12).
Iva! Id-dmir ta’ kull familja nisranija huwa dak li tħares u tieħu ħsieb il-valuri fundamentali. Huwa dak li tħares u tieħu ħsieb sempliċement il-bniedem!
7. Jalla l-Ispirtu Santu jiggwidana u jmexxi x-xogħlijiet kollha tagħna matul din il-laqgħa li se tibda llum.
Huwa sewwa li aħna nibdewha fil-qalb stess ta’ din il-talba kbira “saċerdotali” ta’ Kristu. Huwa sewwa li aħna nibdewha mill-Ewkaristija.
Ix-xogħol kollu tagħna tul il-jiem li ġejjin mhu se jkun xejn għajr servizz mogħti lill-bnedmin: lil ħutna rġiel u nisa, lill-miżżewġin, lill-ġenituri, liż-żgħażagħ, lit-tfal, lill-ġenerazzjonijiet, lill-familji, lil dawk kollha li lilhom Kristu rrivela lill-Missier; lil dawk kollha, li l-Missier ta lil Kristu “mid-dinja”.
“Jiena nitlob għalihom…għal dawk li tajtni, għaliex huma tiegħek”! (Ġw 17,9).