Għaliex Jum il-Missier mhux illum?

Print Friendly, PDF & Email

Kemm hi idea sabiħa li llum, nhar il-festa ta’ San Ġużepp, pajjiżi bħall-Italja jiċċelebraw Jum il-Missier.

Relatat ma’ dan, xtaqt inwassal ħsieb żgħir tal-Papa Franġisku fl-ittra appostolika ‘Patris Corde’ tat-8 ta’ Diċembru 2020 meta inawgura s-Sena ta’ San Ġużepp li se ddum sat-8 ta’ Diċembru ta’ din is-sena.

Il-Papa jgħid li tkun missier ifisser li tintroduċi lit-tifel għall-esperjenza tal-ħajja. Mhux li żżommu miegħek, magħluq, li tippossedih imma li tagħmlu kapaċi jagħmel għażliet, jagħmilhom bil-libertà, li jkun kapaċi jitlaq waħdu.

Għalhekk, jgħid il-Papa, li minbarra l-isem ta’ missier, it-tradizzjoni tikkwalifika lil San Ġużepp bħala il-‘wisq safi Ġużeppi’. Jgħid li din mhix indikazzjoni sempliċiment affettiva imma hi attitudni li tesprimi l-kuntrarju tal-possessjoni għax, fl-aħħar mill-aħħar, imħabba li tippossjedi hi mħabba perikoluża. Il-Papa jwassal messaġġ importanti: “Id-dinja għandha bżonn ta’ missirijiet”.

%d bloggers like this: