“Ħarsu lejn is-Sema għall-vera ġustizzja.” – Il-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu 2021, fl-inawgurazzjoni tas-sena ġudizzjarja tal-Vatikan, il-Papa Franġisku stieden lil dawk preżenti biex ikunu xhieda “tal-patrimonju immens ta’ valuri li jikkaratterizzaw il-missjoni tal-Knisja”. Dan fid-dawl tar-riformi fis-sistema ġudizzjarja tal-Vatikan, immirati l-aktar biex jikkumbattu reati finanzjarji.

Il-Papa qal li l-Knisja, imwaqqfa minn Kristu, għandha r-responsabbiltà li taqdi l-missjoni tagħha billi tieqaf għall-verità u tipproklama bl-istess eżempju tagħha l-umiltà u ċ-ċaħda minn dak li mhux tajjeb. Il-Papa ħeġġeġ biex filwaqt li dak li jsir mill-Vatikan irid ikun ispirat mill-prinċipji ta’ dejjem tal-ħajja ekkleżjali, irid ikun fuq l-aħjar prattiċi internazzjonali ta’ kontabilità.

Il-Papa enfasizza l-importanza tal-ugwaljanza tal-membri kollha tal-Knisja u tad-dinjità ugwali tagħhom fis-sistema ta’ proċeduri ġudizzjarji tal-Vatikan u sejjaħ għat-tneħħija tal-privileġġi. Għalkemm il-Vatikan hu entità żgħira, għandu dmir partikulari għal xhieda konkreta u kredibbli, kull wieħed u waħda skont ir-rwoli tagħhom. Il-Papa qal li l-Knisja trid tkun “melħ u dawl” fis-soċjetà u fil-komunità internazzjonali, l-aktar f’mumenti ta’ kriżi bħal dan li qegħdin fih.

Il-Papa qal li l-istatwa tal-ġustizzja għandha miżien li fuq keffa minnhom tirrappreżenta l-gustizzja u fuq l-oħra tiddefendi dak li hu tajjeb. Imma l-ikonografija Nisranija żżid dettal importanti ma dik fejn l-għajnejn huma mgħottija. Għajnejna jridu jkun miftuħa, iħarsu ‘l fuq, lejn is-Sema, għax fis-Sema hemm il-vera ġustizzja.

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-look-to-heaven-for-true-justice.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

%d bloggers like this: