Nurse tibqa’ ma’ tarbija l-ħin kollu

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-3 ta’ Marzu 2021, Matteo, tarbija ta’ 7 xhur, kien fis-sala ta’ kura intensive fl-isptar Pedjatriku Salesi, f’Ancona, l-Italja għal operazzjoni fl-istonku. Dan jirriżulta fi tfal żgħar li jintlaqtu mill-Covid-Covid 19.

Omm Matteo wkoll kienet fl-istess sptar, milquta mil-pandemija u l-omm u t-tarbija ma setgħux ikunu flimkien. Imma Matteo kellu l-wens ta’ nurse li qagħdet miegħu il-ħin kollu biex ma jħossux waħdu. L-operazzjoni rnexxiet u meta Matteo kien lura d-dar, ommu kitbet ittra biex tirringrazzja lit-tobba li kkuraw lit-tifel fl-isptar. In-nurse, li ma tingħarafx għax mgħottija għal kollox, kienet baqgħet mat-tifel, tikkarezzah il-ħin kollu f’dawk il-mumenti li l-omm iddeskriviet li kienu għaliha mumenti terribbli.

Rapport għal_Laikos minn Joe Galea