Din il-pittura tas-seklu 17, li turi lil Ġesù inkurunat bix-xewk, kienet se tinbigħ fi rkant għal €1,500. Jattribwuha lil José de Ribera imma fi studju li sar daħal suspett li tista’ tkun xogħol oriġinali ta’ Michelangelo Merisi da Caravaggio u li tista’ tiswa 50 miljun Euro.
Dan wassal biex il-gvern Spanjol waqqaf l-irkant tagħha sakemm l-esperti jiddeterminaw l-awtur tagħha. Kif Vittorio Sgarbi, kritiku Taljan dwar l-arti ġie muri l-pitturi, qal li x’aktarx hi ta’ Caravaggio u jekk inhu hekk, iġġib il-prezz ta’ bejn il-100 sa’ 150 miljun Euro jekk tinbigħ privatament jew 50 miljun jekk tinbigħ lil mużew bħal dak ta’ Prado. Dettal li jersaq lejn Caravaggio hu l-mantell aħmar li bih hu mgħotti Ġesù li hu l-istess bħal fil-pittura ta’ Salomè b’ras Ġwanni l-Battista li hemm f’palazz ġo Madrid.
https://www.theguardian.com/world/2021/apr/08/spain-blocks-export-painting-thought-caravaggio
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea.