“Nimxu flimkien”

Print Friendly, PDF & Email

Sussidju nru 1. Vidjo nru 1.

Ara s-sussidju, Nimxu flimkien (pdf) …

Ara l-vidjo, Nimxu flimkien …

Permezz ta’ vjaġġ ta’ 10 filmati, li jibda mill-kapitoli tal-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia, il-Papa, bl-għajnuna ta’ xi familji, jistedinna nimxu flimkien biex nerġgħu niskopru l-familja bħala rigal, minkejja l-problemi kollha, it-tfixkil u l-sfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom illum.

Kull filmat huwa akkumpanjat minn għajnuna, li tista’ tintuża b’mod flessibbli kemm mill-familji kif ukoll mid-diversi realtajiet ekkleżjali (djoċesijiet, parroċċi, komunitajiet). Kull għajnuna mbagħad tinqasam f’4 partijiet, li kull waħda minnhom tista’ tintuża għal aktar studju fil-familja jew fil-komunità, anke f’ħinijiet differenti. Din l-għodda hija maħsuba biex tgħin il-kura pastorali tal-familja, bi proposti u suġġerimenti li jistgħu jiġu adattati għall-kuntest lokali.

L-għan huwa li ngħinu biex ikun hemm riflessjoni, djalogu u anke linji pastorali, u fl-istess ħin, nagħmlu kuraġġ, nistimulaw u ngħinu lill-familji fil-ħajja spiritwali u konkreta ta’ kuljum. (cf. AL 4).

L-Eżortazzjoni Apppstolika Amoris Laetitia, bi kliem sempliċi u konkret, trid tilħaq il-Knisja kollha, imma b’mod partikulari, il-familji insara. Il-Papa Franġisku huwa tal-parir li din l-Eżortazzjoni ma naqrawhiex b’mod mgħaġġel, imma “napprofonduha bis-sabar” jew inkella infittxu fiha dawk it-temi li l-iktar jinteressawna.

«Nittama li bil-qari tagħha, kull wieħed u waħda jħossu msejjaħ jieħu ħsieb bi mħabba l-ħajja tal-familji tagħna, għax dawn “mhumiex problema, l-ewwel u qabel kollox huma opportunità”.» AL 7 

Aktar dwar is-Sena Familja Amoris Laetitia fil-Laikos ...

Ħajr lil Fr Roy Galdes tat-traduzzjoni għall-Malti u l-preżntazzjoni pdf

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading