80 sena ilu, f’Tessalonika, il-Greċja, kienu jgħixu komunita’ kwieta ta’ 60 elf Lhud. Kienet komunita’ apprezzata u dinamika. Il-parti l-kbira minnhom kienu jaħdmu fil-portijiet.
Fit-2 ta’ Settembru tal-1939, kif bdiet it-tieni gwerra dinjija, intefa’ brutalment it-terrur Nazista. Fis-6 ta’ April 1941, Hitler invada l-Greċja biex jibda l-operazzjoni Barbarossa u l-offensiva qawwija kontra r-Russja.
Mis-60 elf Lhud ta’ Tessalonika, madwar 50 elf kienu sterminati fil-kamp tal-konċentrament ta’ Birkenau, fi żmien tassew qasir. Il-massakru tal-Lhud fil-Grecja kien ta’ ftit żmien imma intens. Ftit setgħu joħorġu minn Birkenau. Fost dawk li baqa’, kien hemm familja bil-kunjom ta’ Bourla.
Wara l-gwerra tal-1961, twieled tifel f’din il-familja li b’mod mirakluż kienet inħelset mill-kamp tal-konċentrament. Il-ġenituri tiegħu semmewh Abraham. Kiber u studja l-mediċina fil-Greċja għal veterinarju. Kien student brillanti, ħa d-dottorat fil-bioteknologija fl-universita’ Aristotile ta’ Salonika.
Fl-eta’ ta’ 34, iddeċieda li jemigra fl-Istati Uniti. Bidel ismu minn Abraham għal Albert. Sar jaf mara Lhudija jisimha Myriam u żżewwiġha. Flimkien kellhom żewġt itfal. Fl-istati Uniti integra ruħu fl-industrija mediċinali. Għamel progress malajr u daħal f’soċjeta’ tal-farmaċewtika u laħaq ‘head manager’.
Fl-2019 sar ic-CEO tas-soċjeta’. F’dikk is-sena Albert iddeċieda li jidderiegi l-isforzi kollha tal-intrapriza biex jipprova jsib vaċċin kontra l-Covid-19, il-virus li kien qed jagħmel ħerba fid-dinja. Qiegħed l-isforzi kollha finanzjarji u teknoloġigi biex jasal għall-ħsieb tiegħu. Sena wara, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, tat l-awtorizzazzjoni biex jiġi prodott il-vaċċin tant mistenni.
Il-vaċċin ta’ Albeert Bourla qed ikun imqassam f’ħafna pajjiżi, fosthom il-Germanja li għandha eluf ta’ mwiet minħabba l-pandemija. Mela dan il-vaċċin se jsalva l-ħajja ta’ eluf ta’ nies fid- dinja, inkluż fil-Ġermanja. Sar bis-saħħa ta’ Lhudi ta’ Tessalinka, iben ta’ ġenituri li baqgħu ħajjin meta ħafna Lhud ġew sterminati mill-Ġermanja Nażista. Dan hu għaliex Iżrael hu l-ewwel pajjiż li rċieva dan il-vaċċin. Il-vaċċin hu il-Pfizer.
Minn Joe Galea