Riċerka mill-isptar tal-Vatikan titfa’ dawl għall-kura tal-kanċer

Print Friendly, PDF & Email

Studju ta’ riċerka mill-isptar tal-Vatikan ‘Bambino Gesù, b’kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Ruma ‘Tor Vergata’ u ċentri oħra Ewropej u mill-Istati Uniti, tefgħet dawl fuq iċ-ċelloli relatati mal-marda tal-kanċer.

Din l-iskoperta tiftaħ it-triq għal terapiji speċifiċi biex jgħinu is-sistema ta’ difiża kontra ċ-ċelloli tal-kanċer. Ir-riċerka saret b’mijiet ta’ kampjuni, ta’ annimali, ċelloli prodotti fil-laboratorju, ċelluli meħuda kemm minn tumuri ta’ annimali u bnedmin u b’tekniki avvanzati.

Ir-riċerka wasslet għal terapija minn mediċini speċifiċi li kellhom riżultati ta’ tumuri li ma komplewx jaggravaw u wkoll għal każi ta’ fejqan. Ir-riżultati tar-riċerka tal-isptar ‘Bambino Gesù u tal-Università ta’ Ruma ‘Tor Vergata’ kienu konfermati minn żewġ studji internazzjonali li saru fl-Istati Uniti u li wasslu għall-istess konklużjoni.

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-04/bambin-gesu-pediatric-hospital-cancer-research-development.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

%d bloggers like this: