35 sena miż-żjara storika tal-Papa San Ġwann Pawlu II fis-Sinagoga ta’ Ruma
Id-data tat-13 t’April 1986 hija mnaqqxa fl-istorja bħala l-jum tal-ewwel żjara papali rreġistrata f’Sinagoga. Kienet wara nofsinhar, meta l-Papa San Ġwann Pawlu II qasam ix-Xmara Tiber biex jagħti t-tislima tiegħu lill-komunità Vittorjana mponenti ta’ Ruma, maħsuba li hija d-dar tal-eqdem komunità Lhudija fil-Punent.
Eluf ta’ Rumani nġabru biex jifirħu, flimkien ma’ diversi membri tal-istampa internazzjonali biex jaqbdu l-mument li deher b’mod wiesa’ bħala ġest destinat li jinżel fl-istorja. “Il-qalb tiftaħ lilha nnifisha,” kien iddikjara r-Rabbi Elio Toaff, u ż-żewġ mexxejja ħadnu lil xulxin u daħlu fis-sinagoga flimkien fejn kien hemm miġbura madwar elf ruħ.
F’servizz li enfasizza d-dinjità ugwali taż-żewġ twemmin, iż-żewġt irġiel qagħdu fuq troni identiċi tad-deheb u tal-brokkat. Is-servizz inkluda qari mill-Ktieb tas-Salmi, fejn il-Papa kien qara Salm bl-Ebrajk.
Il-mibki Papa San Ġwann Pawlu II kien ikkwota b’mod estensiv mid-Dikjarazzjoni Nostra Aetate, proklamata fl-1965, mill-Papa Pawlu VI, u ddedikata għar-relazzjoni tal-Knisja mar-reliġjonijiet mhumiex Insara, u li tirrifjuta twemmin li kien ilu jżomm lill-Lhud responsabbli għall-mewt ta’ Kristu.
Dak in-nhar il-Papa kien stqarr li “r-reliġjon Lhudija mhiex ‘estrinsika’ għalina, iżda b’ċertu mod hija ‘intrinsika’ għar-reliġjon tagħna stess,” huwa qal. “Għalhekk, bil-Ġudaiżmu, għandna relazjoni li aħna m’għandniex ikollna ma’ kwalunkwe reliġjon oħra. Intom ħutna maħbubin ħafna, u, b’ċertu mod, jista’ jingħad li intom ħutna l-kbar.”
Għal darb’oħra, l-Papa San Ġwann Pawlu II, kien ikkundana l-attroċetajiet li seħħew fit-tieni gwerra dinjija fuq il-Lhud. “Il-Knisja, tiddeplora l-mibegħda, l-persekuzzjonijiet u l-wirjiet ta’ antisemitiżmu dirett kontra l-Lhud f’kull ħin u minn kulħadd, nirrepeti, minn kulħadd.” Fid-diskors konċiż, iżda kumpless tiegħu, l-Papa kien ta wkoll leħen għal perspettiva oħra tar-relazzjonijiet Lhud Kattoliċi fejn iddikjara li “kull reliġjon tagħna, għandha tkun rikonoxxuta u rispettata fl-identità tagħha, lil hinn minn kull ambigwita u jew li tiġi mwarrba”.
Kemm il-Papa Benedittu XVI, fl-2010, kif ukoll il-Papa Franġisku fl-2016, segwew il-passi tal-predeċessur tagħhom u żaru s-Sinagoga ta’ Ruma, billi tennew ir-rispett u l-ħbiberija tagħhom mal-Lhud, jew, kif kien iddeskrivihom il-Papa San Ġwann Pawlu II, “ħutna l-kbar.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/st-john-paul-ii-rome-synagogue-visit-jewish-catholic-anniversary.html