Il- Beatu Antoine Frederic Ozanam twieled f’Milan fit-23 ta’ April 1813 u kien il- ħames wild ta’ Jean u Marie Ozanam li kellhom familja ta’ erbatax. Wara li għadda tfulitu fl- Italja għadda l-bqija ta’ ħajtu ġewwa Pariġi fejn studja l-liġi fl- Università ta’ Sorbonne. Bħalha żgħażugħ kellu bosta dubji dwar il- fidi nisranija, iżda minħabba li ma rnexxielux isolvi dawn il-problemi permezz tal–qari u t-talb, fl-aħħar qatagħha li jkellem lil Fr. Noirote tal–Kulleġġ ta’ Lyon, fejn miegħu rnexxielu jiċċara l-affarijiet.
Frederic xtaq jistudja l- letteratura għalkemm missieru, li kien tabib, xtaqu li jsir avukat. Frederic ċeda għax- xewqat ta’ missieru u fis- sena 1831 mar Pariġi biex jistudja l- liġi fl- Univerista ta’ Sorbonne. Kull meta l- professuri tiegħu kienu jwaqqgħu għaċ- ċajt it- tagħlim tal- knisja fil- lezzjonijijet tagħhom, kien dejjem lest biex jiddefendi t- tagħlim tal- knisja Kattolika. Fit- 23 ta’ Ġunju tas- sena 1841 Frederic iżżewweġ lill – Amelie. Kellhom tifla li semmewha Marie.
Dak iż-żmien kien hemm ħafna faqar li nibet minħabba ir-Revoluzzjoni Industrijali li laqtet il- Kontinent Ewropej. Frederic organizza klub ta’ disskussjoni li wasslu biex jibdel id- direzzjoni ta’ ħajtu, u hemmhekk kienu jiddiskutu il- ġrajjiet ta’ dak iż- żmien kemm il- Kattoliċi, l-Ateisti u l- Anjostiċi.
Darba wara d- diskors li għamel Frederic, dwar is- sehem kbir li ta l- Kristjaneżmu fil- qasam taċ- ċivilta, wieħed membru msieħeb f’dan il- klabb qallu “Ħa nkunu sinċieri Sur Ozanam u ħalli nkunu ukoll partikolari, x’tagħmel aktar barra li titkellem li tipprova li tgħix il- fidi ?” Frederic tnigges b’din id- domanda. Hu u sieħbu bdew iżuru l-appartamenti f’Pariġi u jagħtu l- għajnuna mill- aħjar li setgħu. Malajr twaqqaf grupp biex jgħin dawn l- individwi fil- bżonn. Flimkien ma sħabu waqqaf soċjeta biex igħin il- foqra tal- Belt ta’ Pariġi u semmieha għal –San Vincenz de Paul, qaddis kbir li ħadem għal- foqra. Din is- soċjeta li stabillixxa tinsab f’bosta pajjiżi fid- dinja madwar 13 il- pajjiż u għada taħdem sal-lum. Huwa siefer bosta pajjiżi fl- Ewropa biex permezz ta’ din is- soċjeta jgħin lil ħafna foqra li kienu mxerdin fil- bliet Ewropej.
Hu ħass ukoll li l- fidi Kattolika teħtieġ kelliema tajbin biex jfissru t- tagħlim tagħha. Ozanam ikkonvinċja l-Isqof Dumnikan, Patri Jean Baptiste Lacordaire, l-aqwa predikatur ġewwa Franza biex jippriedka l-esserċizzji tar- Randan fil- Katidral ta’ Notre Damme. Marru bosta nies u dawn l-ezerċizzji baqgħu jsiru kull sena.
Wara li Frederic laħaq Avukat ġewwa Sorbonne, hu għallem il- Liġi fl- Univerista ta’ Lyon. Kiseb ukoll Dottorat fil- Letteratura u beda jgħallimha ukoll fis- Sorbonne. Kien ‘Lecturer’ magħruf u rispettat ħafna għax kien jistinka biex l-istudenti tiegħu jiżvillupaw l-aħjar talenti li kellhom. Fis- sena 1846 Frederic u martu Amelie u binthom Marie marra l-Italja fejn ipprova jikseb lura saħħtu li bdiet sejra lura, iżda marru lura sena wara. Ir- Revoluzzjoni tas- sena 1848 ġabet il- ħtieġa ġewwa Pariġi tas- servizzi tal- Konferenzi ta’ San Vinċenz de Paul. Dawk li kienu bla- xogħol laħqu n- numru ta’ 275,000. Il- Gvern talab l-għajnuna lill- Frederic u dawk ta’ madwaru biex jissorveljaw l-għajnuna li kien jipprovdi l- Gvern Franċiż lil foqra. L-imsieħba Vinċezjani madwar l- Ewropa ġew f’Pariġi biex jipprovdu l-għajnuna meħtieġa.
Beda gażżetta ġdida li semmieha L-Era l- Ġdida biex jassigura l- ġustizzja mal – fqar u mal- klassi tal – ħaddiema. Sħabu l- Kattoliċi ma kienux dejjem kuntenti b’dak kollu li kien jikteb. Kien jirreferi għar- raġel fqir bħalha “saċerdot tal- pajjiz”. Frederic kien isostni l – ġuħ u l-għaraq tal- fqir qishom debħa li tista tifdi l- ġens tal- bnedmin.
Fis- sena 1852 saħħtu bdiet tmur lura, u flimkien ma’ martu u bintu reġa mar lura fl- Italja. Frederic Ozanam dejjem wera rispett kbir lejn il- fqar billi offra l-għajnuna tiegħu. Kull raġel, mara, jew wild hu tant għażiż biex jgħix fil- faqar. Bil- qadi tal- fqar, Frederic tgħallem xi ħaġa fuq Alla, li ma’ setax jitgħallem x’imkien ieħor.
Il- familja Ozanam kellha l-antenati tagħha Lhud li għexu fir- reġjun ta’ Lyon ta’ Franza għal- bosta sekli. Jacques Ozanam (1640 – 1717) kien Matematiku magħruf. Missier Frederic, Jean Ozanam serva fl- armata ta’ l-ewwel Reppublika Franċiża, iżda bil- qawmien ta’ Napuljun Bonaparte u l- waqfien ta’ l-ewwel Imperu Franċiż, dar għan – negozju, sar ukoll għalliem u fl-aħħar beda l- Mediċina. Frederic Ozanam orġanizza u kiteb fuq l-għaqda ta’ tixrid tal- fidi organizzazjoni lajka mwaqqfa fil- Belt bl- iskop li tgħin l- ħidma tal- misjunarji Kattoliċi li bosta minnhom għexu f’dawk in- naħat.
Waqt li kien student sar ġurnalist u kiteb fit- “Tribune Catholique”, li wara saret l-“Universe”, gażetta Kattolika Franċiża li toħroġ kuljum. Candelas ddeskriva lil Ozanam bħalha bniedem mogħni b’fidi kbira. Kien jgħożż il- ħbiberija u kien dejjem lest biex jiddefendi lil ħbiebu. Kien juri rispett lejn il- ġenituri tiegħu u saħansitra kien lest li jissagrifika l- karriera u l – professjoni tiegħu biex jogħġobhom.
Billi kien dgħajjef f’saħħtu beda jiekol iżżejjed, u kien jittama li jsiefer l-Italja għal –kura iżda meta kien ġej lura fi – Franza hu miet fit- tmienja ta’ Settembru 1853 f’Marsilja fl- eta żgħira ta’ erbgħin sena.
Ġie midfun fil- Kripta ta’ San Ġużepp des Carmes fl- Istitut Kattoliku ġewwa Pariġi. Hu kiteb diversi xogħlijiet ta’ interess kbir. Hu ġie bbeatifikat fit- 22 ta’ Awwissu 1997 fil- Katidral ta’ Notre Damme f’Pariġi mill- Papa San Ġwann Pawlu II. Il- festa tiegħu tiġi fid- 9 ta’ Settembru.
Hu meqjus bħalha l- Patrun tal- Istoriċi, tal- Ekonomisti.
Minn Patri Hermann Duncan O.Carm