Nhar is-Sibt 26 ta’ Ġunju, fis-6.30pm, fis-Santwarju Ta’ Pinu, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma se jmexxi r-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf.

Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim jixtiequ jistiednu lil dawk il-koppji u familji li qed jistennew tarbija mhux biss għal din il-quddiesa, imma wkoll għal laqgħa fuq Zoom flimkien ma’ Mons. Isqof, nhar il-Ħamis li ġej, 17 ta’ Ġunju, fis-6.00pm. Il-ħolqa għal din il-laqgħa hi: https://us02web.zoom.us/j/88539017764?pwd=Y1RmR3NJUzdoek50ZEl0ajVkb0p6QT09 (Meeting ID: 885 3901 7764 / Passcode: 300349).
Inħeġġu lil dawk li qed jistennew tarbija u huma interessati jattendu għall-quddiesa, imma anki lil dawk li ma jistgħux ikunu għall-quddiesa, biex jidħlu fuq Zoom għal din il-laqgħa onlajn mal-Isqof.
Għal iktar tagħrif, tistgħu tikkuntattjawna fuq 79386233.
Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim