Knisja f’Beirut terġa’ tiftaħ wara splużjoni

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja ta’ San Ġużepp f’Beirut terġa’ tiftaħ wara l-isplużjoni tal-2020

Kważi sena wara splużjoni devastanti li xxekkel il-belt Libaniża ta’ Beirut, il-Knisja storika ta’ San Ġużepp, immexxija mill-Ġiżwiti, li ġarrbet ħsara kbira fl-isplużjoni ta’ Awwissu 2020, għandha terġa’ tinfetaħ ix-xahar id-dieħel.

Il-Knisja ġiet restawrata bl-għajnuna tal-karità Kattolika, Aid to the Church in Need (ACN). Fr. Salah Aboujaoude SJ qal lil ACN li “l-provvista u l-installazzjoni tal-bibien tal-injam il-ġodda se jitlestew sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.”

Huwa nnota wkoll li hekk kif ix-xogħlijiet ta’ żebgħa u elettriku waslu biex jitlestew, l-installazzjoni tas-saqaf għandha tibda dalwaqt. L-isplużjoni tas-sena l-oħra qatlet 200 persuna u weġġgħet eluf oħra meta 2,750 tunnellata ta’ nitrat tal-ammonju nxtegħlu f’maħżen tal-baċiri.

Farid Hakimé, huwa l-inġinier li ssorvelja r-restawr tal-knisja. “Ħafna mit-twieqi u l-bibien tal-injam inqerdu, s-saqaf immejjel kien affettwat b’mod qawwi wkoll,” qal.

Ħsarat oħra nkludew ix-xogħol tal-injam oriġinali kollu mqatta’ bl-isplużjoni, ħsara lis-saqaf falz u l-apparat tad-dawl, kif ukoll lill-istruttura tal-injam li ssostni s-saqaf immejjel, li tilef il-biċċa l-kbira tal-madum tiegħu.

Is-Sur Hakimé żied jgħid, “Tista’ tara ħafna xquq fil-limiti tal-knisja, u f’ħafna żoni oħra, kkawżati mill-isplużjoni”.

Skond Aid to the Church in Need, il-Knisja ta’ San Ġużepp, li nbniet fl-1875, tappoġġja numru ta’ komunitajiet differenti, billi tagħmel Quddiesa bil-Franċiż il-Ħadd filgħaxija, kif ukoll Quddiesa tal-Ħadd filgħodu bl-Ingliż, u bl-Għarbi fir-rit Maronit.

Bl-ekonomija tal-Libanu milquta bil-kbir mill-kollass tal-lira Libaniża, l-fondi għat-tiswijiet tal-knisja, li jammontaw għal US $ 400,000, huma aktar vitali minn qatt qabel.

ACN kompliet tappoġġja lill-komunità Nisranija tal-Libanu b’aktar minn $6 miljun f’għajnuna wara l-isplużjoni tal-baċir f’Awwissu 2020, inkluża għajnuna t’emerġenza u tiswijiet għall-bini tal-knisja fil-kwartier Nisrani storiku tal-kapitali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-06/beirut-church-to-reopen-following-2020-blast.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: