Iridu jiskreditaw gruppi Nsara

Print Friendly, PDF & Email

Il-parlamentari tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati minn Soros u l-IPPF għandhom l-għan li l-grupp Kristjani ta’ fama tajba jagħmluhom blacklisted.

Rapport tal-Catholic News Agency

Il-Forum Parlamentari Ewropew għad-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (EPF), li huwa grupp ta’ parlamentari Ewropej, li għandhom impenn biex iġiegħlu r-rikonoxximent tal-abort bħala “dritt tal-bniedem” mad-dinja kollha, qed iħejju kolp ta’ stat politiku maġġuri mmirat biex jiskredita organizzazzjonijiet ta’ reputazzjoni Kristjana u tad-drittijiet tal-bniedem li dan il-grupp iddeskriva bħala li huma “estremisti reliġjużi” u li qed jallegaw li huma mpenjati “li jreġgħu lura d-drittijiet tal-bniedem fis-sesswalità u r-riproduzzjoni”.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-EPF ippreżenta ‘rapport investigattiv’ imsejjaħ: “Tip of the Iceberg: Fundaturi Estremisti Reliġjużi kontra d-Drittijiet tal-Bniedem għas-Sesswalità u s-Saħħa Riproduttiva fl-Ewropa 2009 – 2018”, bl-intenzjoni li tinfluwenza vot li jiddenunzja apertament organizzazzjonijiet favur il-ħajja fil-Parlament Ewropew; li dan il-vot hu skedat li jsir fi Brusell, il-Ħamis 24 ta’ Ġunju, li dan il-vot, ser ikun iddedikat għad-drittijiet sesswali u riproduttivi. Id-dokument, iffirmat minn Neil Datta, Segretarju tal-EPF, jiddikjara li huwa qed jesponi “54 fond li qed jifanninzjaw kontra l-ġeneru attiv fl-Ewropa kif ukoll huma gwida ewlenija li permezz tagħhom l-estremisti reliġjużi jiġġeneraw finanzjamenti u kif jiġu ċċirkolati.”

Skond ir-rapport, “l-istampa li toħroġ hija ta’ komunità transnazzjonali t’estremisti reliġjużi simili u relatati mal-lemin estrem u li jieħdu deċiżjonijiet ta’ finanzjament strateġiku lil hinn mill-fruntieri internazzjonali”.

Id-dokument twil jalenka għadd t’organizzazzjonijiet u individwali li huma tal-mistħija bħala ‘anti-ġeneru’ bi ftit jew xejn provi. Fil-kapitlu ddedikat lill-Knisja Kattolika, d-dokument jikkritika lill-Vatikan, xi Kardinali Ewropej bħal Cristoph Schönborn, il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) u diversi organizzazzjonijiet u individwi oħra fl-ebda ordni partikolari. Organizzazzjonijiet oħra favur il-jeddijiet tal-bniedem stabbiliti sew u ta’ fama huma wkoll imlaqqma bħala istituzzjonijiet ‘alt-right’ li qed iwasslu miljuni ta’ Ewro f’aġenda favur il-ħajja u favur il-familja.

Ironikament, l-EPF huwa appoġġjat mill-aktar organizzazzjonijiet sinjuri tad-dinja. L-EPF għandha lista kważi bla tmiem ta’ organizzazzjonijiet ta’ biljun dollaru bħall-Fondazzjoni Bill u Melinda Gates, l-IPPF, il-Kummissjoni Ewropea, l-Fondazzjonijiet tas-Soċjetà miftuħa ta’ Ġeorge Soros u oħrajn.

Jekk din ir-riżoluzzjoni tgħaddi, tkun l-ewwel darba li gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet Insara fl-Unjoni Ewropea jiġu blaklisted. Dan li qed issir hija forma moderna ta’ persekuzzjoni; fejn il-leħen tal-organizzjonijiet Insara jriduhom jiġu msikkta.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/248101/breaking-soros-and-ippf-funded-eu-parliamentarians-aim-to-blacklist-reputable-christian-groups

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading