Nitolbu għall-Papa

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jitlob biex jitolbu għalih fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl

Hekk kif il-Knisja tipprepara biex għada tiċċelebra l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Papa Franġisku stieden lill-Kattoliċi biex jitolbu għall-Isqof ta’ Ruma.

“Itlobu b’mod speċjali,” qal fl-Anġelus tal-bieraħ. “Il-Papa għandu bżonn it-talb tagħkom” Grazzi. Naf li se tagħmlu hekk.”

L-appell tal-Papa għat-talb wasal hekk kif djoċesijiet madwar id-dinja jagħmlu ġabra speċjali għal karità tal-Papa.

Il-ġabra annwali għall-karità tal-Papa tintuża biex issostni s-servizz tiegħu lill-Knejjes madwar id-dinja.

Din il-ġabra tmur kemm biex jgħin direttament lill-fidili f’diversi partijiet tad-dinja kif ukoll biex tgħin lill-Knisja permezz tal-ħidma tal-Kurja Rumana.

Fl-Anġelus, il-Papa Franġisku talab ukoll għan-nies fix-Xlokk tar-Repubblika Ċeka, fejn tornado fatali ħakem diversi rħula.

Mill-inqas 5 persuni nqatlu fil-maltempata, u aktar minn 150 midruba. It-tornado tal-Ħamis li għadda ħalla eluf mingħajr dar.

“Nitlob għall-mejtin, għall-midruba, u għal dawk li kellhom iħallu djarhom minħabba spiċċaw b’ħsarat kbar” qal il-Papa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-06/pope-francis-requests-prayers-peters-pence-czech-tornado.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: