Il-Paċi Magħhom. Ħarġa Nru 86 – Sajf 2021 …
Bil-għajnuna ta’ Alla din il-ħarġa ta’ Il-paċi magħkom qed terġa’ tiġi stampata biex tkun tista’ titqassam u b’hekk ikompli jsir il-ġid permezz tal-kelma stampata.
Ara l-ħarġa Nru 86 tal-Paċi Magħkom …
Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija matul din l-aħħar sena erba’ ħarġiet (numri 82-85) kienu ppubblikati biss bħala soft-copy u ttellgħu online fuq il-paġna tal-facebook tas-Soċjetà tal-Museum u minn hemm komplew jinxterdu. Persważi li jkun sar il-ġid, imma konna ħerqanin li nerġgħu lura għall-verżjoni stampata.
Għall-grazzja ta’ Alla dan qed iseħħ ukoll u minn din il-ħarġa ħa tibda tkun stampata bil-kulur. Dun Ġorġ għallimna li mingħajr tagħlim tajjeb ma jistax ikun hemm ġid fil-ħajja tal-bniedem. Dan il-ħsieb iġiegħlek tirrifletti ħafna u wieħed għandu jifhem l-importanza tat-tagħlim għall-benefiċċju tiegħu nnifsu u tal-oħrajn. Il-qari tajjeb huwa mezz qawwi biex il-bniedem jitgħallem u b’hekk jelimina dejjem iktar
l-injoranza u l-ingann. Il-qari jgħinek tgħix tajjeb. Meta tgħix tajjeb tkun fil-paċi u jkollok il-ferħ. Xi ħadd darba kiteb: “You can’t buy happiness but you can buy books and that’s kind of the same thing!”