L-Isqfijiet f’Kuba jagħmlu sejħa għad-djalogu
Fil-qalba ta’ protesti mhux mistennija f’Kuba, il-Moviment Kristjan għamel sejħa għal elezzjonijiet ħielsa. Nhar il-Ħadd 11 ta’ Lulju, il-Moviment Kristjan tal-Liberazzjoni (MCL) għamel sejħa lill-Kubani sabiex ikomplu jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet Kubani kommunisti ħalli jiftħu elezzjonijiet ġenerali wara li eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq jipprotestaw in-nuqqas ta’ prodotti essenzjali kif ukoll ir-rata qawwija ta’ mwiet minħabba l-COVID-19.
Eluf ta’ nies fit-toroq ta’ Kuba qegħdin jipprotestaw favur il-liberta’. L-isqfijiet tal-pajjiż issa ngħaqdu ma’ dawk li qed jipprotestaw permezz ta’ stqarrija uffiċjali li fiha qalu li ‘l-poplu għandu dritt jesprimi l-ħtiġijiet tiegħu kif ukoll ix-xewqat li għandu’.
Rapport g]al-Laikos minn Dun Geoffrey G. Attard