Papa Franġisku kkomunika l-qrubija spiritwali tiegħu lejn il-vittmi tan-nirien li ħakmu l-isolation ward tal-Covid fl-isptar al-Hussein f’Nasiriya fl-Iraq nhar it-12 ta’ Lulju.
F’ittra lin-Nunzju Apostoliku tal-Iraqt, il-Papa qal li hu qed jitlob speċjalment ‘għal dawk li mietu u għall-konfort u l-konsolazzjoni tal-familji u l-ħbieb tagħhom’. Aktar minn 60 persuna mietu u 60 oħra ndarbu.
https://www.romereports.com/en/2021/07/13/pope-francis-prays-for-victims-of-hospital-fire-in-iraq/
Rapport għal-Laikos minn Dun Geoffrey G. Attard