Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II

Print Friendly, PDF & Email

VISTA PASTORALI LILL-PARROĊĊA TA’ S. GIUSEPPE CAFASSO

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Ruma, Kwartier Tuscolano – Borghetto degli Angeli
Il-Ħadd, 1° ta’ Frar 1981

1. “Imberkin intom…” (Mt 5,11).

B’dan il-kliem, li għadna kemm smajna ftit ilu, nixtieq insellem lilkom ilkoll, li tinsabu hawn miġbura; nixtieq insellem lill-parroċċa kollha ta’ San Giuseppe Cafasso.

“Imberkin intom…”. Dan huwa l-kliem tad-“diskors tal-muntanja” li bih Ġesù ried jesponi l-essenza tal-messaġġ tiegħu. Xi ħadd qieshom bħala l-“magna carta” tas-saltna ta’ Kristu. Dan huwa kliem rivoluzzjonarju, għaliex jipproponi taqliba radikali tal-“valuri” li fuqu tispira ruħha l-mentalità kurrenti: dik taż-żminijiet ta’ Ġesù xejn inqas minn dik ta’ żminijietna. In-nies, infatti, dejjem qieset bil-kbir il-flus tal-poter fil-forom diversi tiegħu, tal-pjaċiri senswali, tar-rebħa fuq l-ieħor a kwalunkwè kost, tas-suċċess u tar-rikonoxximenti tad-dinja. Dawn huma “valuri” li jsibu posthom, bħal ma jidher b’mod ċar, fl-orizzont ċirkuskritt tar-rejaltajiet tad-dinja.

Ġesù ikisser dan iċ-ċirku limitat u limitanti: jimbotta l-viżwal tagħha fuq ir-rejaltajiet li jaħarbu l-verifika tas-sensi, għaliex jittraxxendu l-materja u jqegħdu ‘l hemm miż-żmien, fil-qasam tal-etern. Huwa jitkellem dwar “saltna tas-smewwiet”, dwar “art imwegħda”, dwar “filjolanza divina”, dwar “rikumpensa ċelesti”, u f’tali prospettiva jiddikjara l-preminenza tal-“faqar tal-ispirtu”, tal-“ġentilezza”, tal-“purezza tal-qalb”, tal-“ġuħ tal-ġustizzja, li jesprimi ruħu mhux fil-vjolenza, imma fit-tolleranza qalbiena tal-“persekuzzjoni”.

Insara bla għadd, ta’ ġenerazzjoni f’ġenerazzjoni, telgħu idejalment fuq dik il-muntanja, biex jisimgħu lill-Imgħallem divin. Hekk semgħu u qiegħdu fil-prattika l-patrun tal-parroċċa tagħkom, San Giuseppe Cafasso, li żort l-urna tiegħu mhx wisq ilu fil-pellegrinaġġ tiegħi f’Torin. Huwa fi żminijiet mhux bogħod minn tagħna, għamel dan il-kliem bħala programm konkret tal-ħajja, billi ispira għalih il-kondotta tiegħu, fid-distakk mill-ġid tal-art, fis-smigħ ġentili u paċenzjuż tal-penitenti fil-konfessjonarju, fl-assistenza delikata u amorevoli lejn dawk fil-bżonn u b’mod speċjali lejn il-ħabsin u l-ikkundannati għall-mewt.

Dan il-kliem tal-Bejatitudni jien ntenni lilkom, fil-bidu ta’ din il-laqgħa tagħna; u dan nagħmlu mhux biss biex inqim lill-patrun tagħkom, imma wkoll biex nimpenja lilkom fuqu, bħala ndividwi u bħala komunità parrokkjali: erġgħu aqraw dan il-kliem, tgħallmuh bl-amment, fittxu li “tkejlu” fuqu ħajjitkom. Dan huwa l-ewwel awgurju li nagħmlilkom.

2. Fid-dawl tal-Beatitudni evanġeliċi huwa għażiż għalija li nġeddilkom it-tislima tiegħi fl-okkażoni ta’ din iż-żjara tiegħi tallum. Li stennejt b’xewqa ntensa u li għaliha ħejjejt ruħi wkoll permezz ta’ laqgħa speċjali mar-rgħajja tagħkom.

Ippermettuli għalhekk li nsellem qabel xejn lis-Sinjur Kardinal Vigarju, li għall-attenzjoni tiegħu hija afdata l-familja dijoċeżana kollha; l-awżiljarju Mons. Giulio Salimei, li jikkordina l-impenn apostoliku f’din iż-żona u li reċentement wettaq fostkom il-vista pastorali; u wkoll il-Patrijiet Oblati di San Giuseppe, il-“Ġużeppini ta’ Asti”, u Patri Giorgio Spadoni, kappillan, u liż-żewġ viċi-kappillani, Patri Paladino u Patri Ciavarro, li b’dedikazzjoni nstankabbi joffru ruħhom għas-servizz tal-parroċċa.

Flimkien magħhom insellem lis-saċerdoti l-oħra li joffru l-kollaborazzjoni tagħhom il-Ħadd u nsellem ukoll lir-reliġjjużi tal-Istitut tal-Karità ta’ Namur, li għal bosta snin, issa huma preżenti f’dan il-kwartier, li fih jiżvolġu azzjoni ta’ assistenza u ta’ formazzjoni tant umli daqskemm prezzjuża, mgħejjunin issa wkoll mill-Missjunarji tal-Karità ta’ Madre Teresa.

Ma tistax tonqos, fl-aħħarnett, kelma ta’ tislima u ta’ apprezzament lil-lajċi kollha mpenjati fl-attivitajiet differenti ta’ apostolat u ta’ promozzjoni umana. Fosthom, il-ħsieb tiegħi jmur b’od speċjali lill-grupp tal-katekisti, li f’dawn l-aħħar snin in-numru tsagħhom żdied notevolment, u dan ippermetta l-impostazzjoni ta Katekeżi sistematika li tilħaq parti tajba tat-tfal. Ninqeda biċ-ċirkostanza preżenti biex ninkuraġġixxi dan l-aspett tal-attivita pastorali, ladarba kull tama ta’ ħajja nisranija responsabbli għandha l-ptekundizzjoni tagħha f’istruzzjoni reliġjuża adegwata, li tibda mill-fehim tal-kontenuti fundamentali tar-Rivelazzjoni.

3. “”Qisu s-sejħa tagħkom, ħuti”, b’mod opportun irrepetilna San Pawl  (1Kor 1,26).

Dan huwa kliem li għandna nisimgħu bħallikieku ndirizzat lilna, illum f’din l-assemblea liturġika tagħna.

Dan jistedinna biex nirriflettu fuq dimensjoni fundamentali tal-eżistenza tagħna: ħajjitna tagħmel parti mill-pjan amoruż ta’ Alla. San Pawl huwa ċar f’dan ir-rigward. Għal tliet darbiet, fil-qari tallum, huwa jtellet li “Alla għażel” lil kull wieħed u waħda minna, hekk li aħna “aħna fi Kristu Ġesù “li “sar għalina sabar, ġustizzja, qdusija u redenzjoni” (cf. 1Kor 1,27-30).

Dan huwa effettivament, il-messaġġ meraviljuż tal-fidi: fl-oriġni ta’ ħajjitna hemm att ta’ mħabba ta’ Alla, elezzjoni eterna, ħielsa u gratwità, li permezz tagħha Huwa, waqt li sejħilna għall-eżistenza għamel minn kull wieħed u waħda minna kelliem tiegħu: “Ir-raġuni l-iktar għolja tad-dinjità tal-bniedem, fakkar il-Konċilju, tikkonsisti fil-vokazzjoni tiegħu għall-komunjoni ma’ Alla. Sa mit-twelid tiegħu l-bniedem huwa mistieden għad-djalogu ma’ Alla” (Cost. Gaudium et Spes, 19).

Dan id-djalogu, kif inhu magħruf, kien interrott mill-bniedem permezz tad-dnub. Alla, fil-ħniena tiegħu, dan ried isewwih, billi ndirizzana mill-ġdid bil-Kelma stess ta’ mħabbtu eterna, il-Verb konsustanzjali, li, waqt li sar bniedem u miet għalina, reġà daħħalna f’komunikazzjoni mal-Missier. Hawn hu għaliex San Pawl jgħid li aħna msejħin “fi Kristu Ġesù”: l-essenza tal-vokazzjoni nisranija tinsab propju f’dan l-“nkunu fi Kristu”. Huwa hu l-opra ta’ Alla nnifsu, huwa don ta’ mħabbtu u tal-grazzja tiegħu. Ġustament għalhekk San Pawl jikkonkludi li kull wieħed u waħda minna nistgħu “niftaħru fil-Mulej” (cf. 1Kor 1,31).

Għas-sejħa ta’ Alla għandha, bdankollu, tikkorrispondi min-naħa tagħna tweġiba adegwata. Liema tweġiba? Dik li għandha l-abbozz fundamentali tagħha fil-magħmudija u ssir koxjenti u responsabbli fl-att tal-fidi personali, imqanqal mis-smigħ tal-Kelma, mitmugħ mis-sehem fis-Sagramenti, mixhud minn ħajja li tispira ruħha mill- Beatitudni fi Kristu u tinfirex għat-twettiq ġeneruż tal-kmandamenti tiegħu, li fosthom l-ikbar wieħed huwa l-kmandament tal-imħabba.

4. Fl-isfera ta’ din il-vokazzjoni komuni, li Alla jindirizza lil kull bniedem, jispikkaw il-vokazzjonijiet speċifiċi, li permezz tagħhom Alla “jagħżel” il-persuni ndividwali għal dmir partikolari, Dawn huma, kif inhu ovvju, vokazzjonijiet multipli u fosthom addizzjonali, identiċi għall-iskop tal-komunjoni ma’ Alla, imma differenti kemm għat-toroq u għall-mezzi meħtieġa biex jilħquh.

Naħseb, perezempju, mill-punt di vista tal-professjoni, għall-għażla ta’ ċertu tip ta’ studju u ta’ speċjalizzazzjoni, fil-prospettiva ta’ xogħol determinanti, li minnu wieħed jistenna, iva gwadan għalihom infushom, imma wkoll il-possibiltà  li jwasslu kontribut personali għall-bini ta’ dinja aħjar. Naħseb fuq kollox, mill-punt di vista dwar l-istat ta’ ħajja, għall-għażla taż-żwieġ, għal dik li tagħti ħajja lil esseri uman ġdid jew li taddotta krejatura li baqgħet weħedha fid-dinja eċċ. U naħseb, ukoll, dwar sitwazzjonijiet oħra: per eżaempju, tar-raġel miżżewweġ li baqà waħdu għax romol, ir-raġel abbandunat, l-iltim. Naħseb fil-kondizzjoni tal-morda, tal-anzjani morda u weħedhom, tal-foqra: “Alla għażel dak li fid-dinja huwa dgħajjef, fakkarna San Pawl, biex iħawwad lil dawk b’saħħithom”. Fil-pjan misterjuż ta’ Alla, l-azzjoni li ġġedded tal-grazzja tgħaddi mid-dgħufija umana: tgħaddi għalhekk b’mod partikolari minn dawn is-sitwazzjonijiet ta’ tbatija u ta’ abbandun.

Nistieq nirriserva kelma dwar il-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża. Il-Knisja tinħtieġ erwieħ ġenerużi li, waqt li jikkonsagraw totalment ruħhom lil Kristu, jaċċettaw li jaħlu l-enerġiji tagħhom għas-servizz tal-Vanġelu. Timħtieġ b’mod partikolari il-Knisja tagħna f’Ruma, li fl-aħħar għaxriet ta’ snin għaddiet minn żieda demografika qawwija ħafna, li magħha sfortunatament naqset li tiġi żieda proporzjonali ta’ saċerdoti u ta’ reliġjużi nisa. Din hija problema gravi li tinvolvi l-komunità kollha, għaliex hija fuq kollox mill-preżenza ta’ dawn l-erwieħ ikkonsagrati li tiddependi l-animazzjoni nisranija tal-belt. Bħala Isqof ta’ Ruma, nagħmel appell għat-talb, għax-xhieda, għas-sosten tal-fidili kollha tad-dijoċesijiet: il-fjoritura tal-vokazzjonijiet tiddependi mill-impenn ta’ kull wieħed u waħda. Ejjew ma ninsewhx!

5. “Intom f’Ġesù Kristu”, jikteb l-Appostlu. Din id-darba se ndur mhux iktar lejn l-individwi, imma lejn il-komunità, lejn il-parroċċa kollha. Li kieku xiħadd kellu jistaqsikom, parroċċa ta’ San Giuseppe Cafasso, moin intom, tafu x’se tkun it-tweġiba li għandkom tatu? Dik li jissuġġerrixxilkom San Pawl: “Aħna fi Kristu Ġesù, bħala komunità tal-Knisja tiegħu. L-“aħna” tagħna ta’ nsara hija Hu, Kristu..

Imma jekk bħala parroċċa, intom imsejħa biex tiffurmaw ħaġa waħda biss fi Kristu, intom miżmuma biex tixhdu fil-ħajja din il-vokazzjoni komunitarja tagħkom. Fi kliem ieħor intom għandkom timpenjaw ruħkom biex tikbru fi Kristu mhux biss bħala ndividwi, imma wkoll bħala parroċċa. Tridu tafu kif tifforma u kif tiżviluppa komunità parrokkjali? Qabel kollox il-komunità tifforma ruħha madwar il-Kelma ta’ Alla. Hawn hi għalhekk l-importanza tal-katekeżi li permezz tagħha jibda għarfien dejjem iktar profond tal-għana tal-verità miġbura fl-Iskrittura. Il-komunità, imbagħad, tiżviluppa ruħha fis-sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, b’mod speċjali fis-sehem fl-Ewkaristija. Naf li fil-parroċċa tagħkom il-liturġija hija ttrattata b’mod partikolari u nieħu pjaċir: dan huwa sinjal ta’ vitalità, li tinkuraġġixxi biex dak li jkun jittama sewwa.

Il-komunità barra minn dan tikber u tissaħħah grazzi għax-xhieda ta’ ħajja nisranija, li l-membri tagħha jafu joffru. Fondamentali, f’dan ir-rigward, huwa l-atteġġjament ta’ konsistenza kuraġġuża li l-ġenituri għandhom iwasslu fil-familji tagħhom u l-membri tad-diversi gruppi organizzati jkunu jafu jassumu quddiem dawk li jkunu għadhom juru ruħhom ribellużi għall-messaġġ nisrani. Element partikolari ta’ tkabbir komunitarju huwa, fl-aħħarnett, ikkostitwit mill-impenn karitattiv lejn il-persuni li, għal raġuni jew oħra, jsibu ruħhom fil-bżonn: fil-parroċċa tagħkom ma jonqsux il-foqra, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani: għandkom ukoll Istitut għar-rijabilitazzjoni tal-persuni b’diżabbilta. L-okkażjonijiet huma, mela, numerużi u stimolanti. Jirrapreżentaw huma wkoll “sejħiet” numerużi li bihom Alla jħabbat fuq il-bieb ta’ qlubkom. Jalla jikkonċedilkom il-ġenerożità meħtieġa biex twieġbu b’entużjażmu u bil-modi adegwati.

6. Waqt li nikkonkludi din il-meditazzjoni dwar it-tema tal-vokazzjoni nisranija, li dwarha l-liturġija tallum stednitna biex nieqfu, nixtieq nidirizzalkom żewġ awguri, L-ewwel huwa meħud mill-profeta:
“Fittxu l-Mulej intom kollha, foqra tal-art, li twettqu l-ordnijiet tiegħu; fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umiltà”(Sof 2,3).

Jekk intom timpenjaw ruħkom biex tfittxu hekk kif jgħid il-profeta, jew iktar aħjar, bħal ma jgħid Kristu fid-“diskors tal-muntanja”, allura jistà jitwettaq fikom it-tieni awgurju: “Ifirħu u ċċelebraw, għaliex kbir huwa l-premju tagħkom fis-smewwiet” (Mt 5,12).

Aċċettaw, għeżież ħuti, dawn iż-żewġ awguri bħala frott partikolari taż-żjara tallum tal-Isqof tagħkom, Dawn iħeġġu mill-ġdid is-sehem tagħkom f’din l-Ewkaristija, Huma jsiru s-sors u l-ħajja ta’ ħajjitkom kollha.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.