Żewġ qaddisin kbar fost ix-xhieda ta’ żmienna u li l-festa tagħhom qed nagħmluha f’dawn il-jiem, insibu lil Santa Tereża Beneditta tas-Salib, Edith Stein, li l-festa tagħha tkun ċċelebrata għada, fid-9 ta’ Awwissu, u San Massimiljanu Marija Kolbe li se nfakkruh fl-14 ta’ Awwissu, lejlet is-Solennità tal-Assunzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija.
It-tnejn li huma għalqu l-ħajja tagħhom fuq din l-art bil-martirju f’Auschwitz. Fid-dehra, il-ħajjiet tagħhom jistgħu jitqiesu telfa, imma proprju fil-martirju tagħhom jilma l-ġmiel kollu tal-Imħabba li tegħleb id-dlamijiet tal-egoiżmu u tal-mibegħda.
Il-Papa Benedittu XVI kien tkellem dwarhom fil-katekeżi tiegħu waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 13 ta’ Awwissu 2008.
Fittex dak li qal il-Papa minn hawn …
Fittex aktar katekeżijiet tal-Papa Benedittu XVI dwar personalitajiet u qaddisin oħra tal-Knisja …