Kors għal dawk li jaħdmu qrib persuni vulnerabbli fil-komunità

Print Friendly, PDF & Email

L-Istitut għall-Ministeru Pastorali fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex qed joffri kors ġdid ta’ formazzjoni bl-isem: “Inklużjoni u Integrazzjoni ta’ Persuni Vulnerabbli fil-Komunità”.

Il-kors se jiġi offrut lil dawk interessati f’ħidma volontarja ma’ persuni vulnerabbli f’ambjenti pastorali. Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura tal-anzjani wkoll jistgħu jibbenefikaw minn dan il-kors biex joffru attenzjoni ħolistika lil dawk li jużaw is-servizzi tagħhom.

Il-lekċers se jingħataw minn kellima differenti u se jinżammu fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria, waqt li jiġu rrispettati l-miżuri tal-Covid-19 mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Formli tal-applikazzjoni jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tad-Djakonija, Ċentru Qalb Waħda, Triq il-Kappillan Ġużeppi Hili, il-Fontana, jew b’email lil diaconiagozo@gmail.com.

Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq l-indirizz tal-email jew ċempel 21564235 / 99228918.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.