Mod kif titlob bil-Kelma
Fis-seklu 12, Gwido II, Ċertosin (miet 1188) jgħid lil l-Lectio Divina għandha erba’ mumenti mportanti …
“Il-qari (lectio) hu bħal tressaq l-ikel sod lejn ħalqek;
Il-meditazzjoni (meditatio) tomgħod u tixtarr l-ikel;
It-talb (oratio) jiggosta t-togħma;
Il-kontemplazzjoni (contemplatio) hi l-istess ħlewwa li tferraħ u terġa’ tibnina.”
Mumenti oħra bħala preparazzjoni u bħala konklużjoni:
- Statio – Nidħol fil-preżenza t’Alla
- Lectio – Niftakar li hu Alla li qed ikellimni permezz ta’ xi silta; u qed ikellimni fiċ-ċirkustanzi tiegħi bħalissa.
- Meditatio – nikxef il-verita’ moħbija
- Oratio – Il-waqt li nkellmu jien, li nwieġeb għall-Kelma tiegħu, bil-fiduċja, mingħajr biża’. Issa rrid infittex lilu.
- Contemplatio – Imma waqt li t-tlett passi ta’ qabel jiddependu ħafna mill-individwu, dan il-pass huwa għotja ta’ mħabba ta’ Alla li jagħtina meta u kemm irid Hu.
- Actio – L-iskop tal-Lectio Divina hu li tisma’ l-Kelma ta’ Alla biex tagħmilha.
- Collatio – Jgħinu lil xulxin nikbru. Ir-rigali li l-Mulej żejjinni bihom, jien imsejjaħ biex nużahom.