Marija, tarbija bħall-oħrajn

Print Friendly, PDF & Email

Marija, tarbija bħall-oħrajn imma b’għażla partikulari minn Alla. Hu misteru li l-Missirijiet tal-Knisja stagħġbu kif din it-tarbija se tkun Omm Alla. Jgħidulna li:

Marija hi l-post, l-ispazju li fiha laqgħet lil Dak li jimla’ kull spazju u li mkien ma jesgħu;

Marija hi l-post viżibbli ta’ Alla inviżibbli;

Marija hi l-post fejn ħa l-ġisem Alla, li hu spirtu;

Marija hi l-post fejn l-immortali sar jista’ jmut;

Marija hi l-post fejn l-etern twieled fiż-żmien;

Marija hi l-post fejn, minn ħdan il-Missier, l-Iben ġie fostna fil-ġuf ta’ Marija;

Marija hi l-post fejn il-kelma ta’ Alla, li kienet mill-bidu, saret laħam f’Marija u fiha saret Kelma li tinstema’, preżenza viżibbli għall-bnedmin;

Marija hi li fuqha, mara bint Eva, niżel l-Ispirtu s-Santu biex jaghti lill-umanità dak il-bniedem Ġesù li Alla biss seta jagħti.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: