[soundcloud url=” https://soundcloud.com/user-1315623/talba-tal-morda-ghas-sena-pastorali-2021-2022″ params=”auto_play=false&hide_related=false&visual=false” width=”100%” height=”140″ iframe=”true” /]
Missier Qaddis,
kulma għandna ġej kollu minnek:
mexxi kollox lejn il-ġid.
Int ittella’ x-xemx fuq it-tajba u fuq il-ħżiena
u tagħti l-barkiet tiegħek lil uliedek kollha:
tħalliniex naħsbuk li tlaqtna,
imma agħtina li kuljum naraw ħjiel tal-imħabba tiegħek.
Ibnek Ġesù qorob lejna, sar bniedem bħalna,
u bħalna ġarrab it-tbatija, it-toqol u l-uġigħ:
tħalliniex naqgħu fit-tgemgim,
imma agħmel li t-tiġrib tagħna jqarribna lejh.
It-tbatija u l-mewt tiegħu swew għall-fidwa tagħna,
u fid-dgħufija tas-salib dehret imħabbtu fl-aqwa tagħha:
tħalliniex naħsbu li ma niswew għal xejn,
imma urina kif nistgħu nkunu ta’ ġid għall-oħrajn.
Ġesù Ibnek rebaħ il-mewt
u lilna tana tama u ħajja ġdida:
tħalliniex ninħakmu mill-biża’ u mill-qtigħ il-qalb,
imma mliena dejjem bil-fiduċja fik.
Permezz tal-Ispirtu s-Santu
int tiġbor lil kulħadd flimkien fi Knisja waħda:
ħu f’idejk anki din it-tbatija tiegħi
biex tkun ta’ ġid għall-Knisja u għall-missjoni tagħha.
Dan nitolbuk
bl-interċessjoni ta’ Marija.
Ammen.