Ir-reliġjonijiet u l-edukazzjoni integrali

Print Friendly, PDF & Email

Papa Franġisku: Ir-reliġjonijiet jaffermaw mill-ġdid il-missjoni ta’ edukazzjoni integrali

It-Tlieta 5 ta’ Ottubru, l-Papa Franġisku ngħaqad ma’ mexxejja oħra tar-reliġjonijiet tad-dinja għal laqgħa dwar “Reliġjonijiet u Edukazzjoni: Lejn Patt Globali dwar l-Edukazzjoni”. Skond stqarrija għall-istampa mill-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Edukazzjoni Kattolika, l-parteċipanti impenjaw ruħhom “fi djalogu fratern dwar l-isfidi ewlenin għall-edukazzjoni tal-llum”.

Fl-indirizz tiegħu fil-laqgħa, l-Papa Franġisku fakkar fl-appell li kien għamel fl-2019, lil dawk kollha impenjati fl-edukazzjoni biex jiddjalogaw dwar “kif qed insawru l-futur tal-pjaneta tagħna”, waqt li nnota li l-bidla teħtieġ “proċess edukattiv immirat lejn l-iżvilupp ta’ sistema ġdida f’solidarjetà universali u soċjetà aktar milqugħa”.

Il-Papa qal li r-raġuni tiegħu għas-sejħa għal “alleanza edukattiva iktar wiesgħa” hija biex terġa’ tinkiseb ir-relazzjoni sabiex tinbena umanità aktar fraterna. “Jekk irridu dinja aktar fraterna”, huwa qal, “għandna nedukaw liż-żgħażagħ, biex jirrikonoxxu, japprezzaw u jħobbu lil kull persuna,” irrispettivament mid-differenzi tagħna. L-Papa żied jgħid: “Ma nistgħux ma nitkellmux maż-żgħażagħ dwar il-veritajiet li jagħtu sens lill-ħajja.”

Waqt li enfasizza r-relazzjoni mill-qrib bejn ir-reliġjonijiet u l-edukazzjoni, l-Papa Franġisku qali li, “bħal fil-passat, hekk ukoll fi żmienna, bl-għerf u l-umanità tat-tradizzjonijiet reliġjużi tagħna, irridu nkunu stimolu għal attività edukattiva mġedda li tista’ tavvanza fraternità universali fid-dinja tagħna”.

Il-Qdusija Tiegħu rrikonoxxa diversi prattiċi li jagħmlu ħsara, u li xi drabi, jista’ jkollhom edukazzjoni reliġjuża sfigurata, inkluż kunflitti bejn reliġjonijiet differenti; diskriminazzjoni kontra l-minoranzi; nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet tan-nisa, t-tfal u l-aktar vulnerabbli; u t-tolleranza tal-isfruttament tal-ħolqien. B’kuntrast, huwa qal li issa aħna mpenjati għall-koeżistenza paċifika; niddefendu d-dinjità ta’ kulħadd, u tad-drittijiet ta’ kulħadd; u l-imħabba u l-kura għall-ħolqien kollu.

Il-Papa Franġisku qal, li llum “irridu niddikjaraw lit-tradizzjonijiet reliġjużi tagħna, li dejjem kellhom rwol ewlieni fl-iskola, mit-tagħlim tal-litteriżmu sal-edukazzjoni ogħla, li jaffermaw mill-ġdid il-missjoni tagħhom li jedukaw b’mod integrali lil kull individwu.” Il-Kap tal-Knisja Kattolika kkonkluda l-indirizz tiegħu billi stieden lill-parteċipanti biex jitolbu fis-skiet, “nitlob lil Alla biex idawwlilna moħħna sabiex id-djalogu tagħna jħalli l-frott u jgħinna bil-kuraġġ biex insegwu t-toroq ta’ orizzonti edukattivi ġodda.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-religions-reaffirm-mission-of-integral-education.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading