Ferħ kbir inħass hekk kif tħabbar li s-soru Kolombjana tal-Ordni Franġiskan Glorja Narvaez inħelset mill-ħtif li kienet esperjenzat erba’ sniin ilu. L-istqarrija uffiċjali toħroġ mill-presidenza tal-Mali li faħħret il-kuraġġ u l-qlubija tagħha.
Swor Glorja kienet inħatfet minn gwerriera Ġiħadi nhar is-7 ta’ Frar 2017 f’Koutiala, qrib il-border ma’ Birkina Faso, 400 kilometru bogħod mill-kapitali tal-Mali. Inżammet għal erba’ snin u tmien xhur.
L-Arċisqof ta’ Mumako Jean Zerbo jikkonferma li Swor Gloria tinsab tajba u qawwija u sħiħa. Hu qal: ‘Inrodd ħajr lill-awtoritajiet u n-nies ta’ rieda tajba li ħelsiha. Tlabna ħafna għal din il-ġurnata’.
Żewġ Ewropej ħarbu s-sena l-oħra, ikkonfermat Swor Glorja. Imbagħad f’Marzu, ħuha rċieva ittra mis-Salib l-Aħmar, miktuba u ffirmata minnha. Fit-tramuntana tal-pajjiż bħalissa għaddej ħafna inwkiet minħabba ġellieda Iżlamiċi. Dan il-pajjiż huwa eks-kolonja Franċiża. Swor Gorja ltaqgħet mal-President tal-Mali Assimi Goita.
Ritratt juriha qed titbissem u b’idejha miġburin fit-talb. Nhar il-Ħadd imbagħad Papa Franġisku ltaqa’ magħha fil-Vatikan. Il-laqgħa tagħhom saret qabel il-Quddiesa li fetħet il-proċess sinodali fil-Bażilika Vatikana.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.