Talba ta’ Saċerdot filgħaxija – Michel Quoist
TALBA TA’ SAĊERDOT FILGĦAXIJA
Illejla Mulej, ninsab waħdi.
Bil-mod il-mod, il-knisja tbattlet mill-ħsejjes.
In-nies telqu u jen mort lura d-dar, … waħdi.
Iltqajt ma’ wħud, sejrin lura d-dar, wara mixja flimkien,
iltqajt ma’ folla mdaqqsa lesta biex tidħol tara film.
lt-tfal, Mulej, jilagħbu fuq il-bankini
ħdejn il-ġenituri tagħhom …
tfal ta’ ħaddieħor …
li qatt ma ser ikunu tiegħi.
Ħawn jien, Mulej … waħdi
ls-silenzju jbeżżagħni.
Mulej, illum ngħodd 35 sena,
b’ġisem bħal ħaddieħor .. lest biex jaħdem
b’qalb lesta li tħobb … iżda li offrejt għalik.
Veru Mulej, li inti għandek bżonni.
Tajtek kollox, Mulej, iżda nħoss li hija iebsa.
Iebsa Mlulej,
li tagħti lilek innifsek meta tixieq tkun ta’ xi ħadd, …
li tħobb lil kulħadd, meta m’inti ta’ ħadd, …
li tkun xejn għalik innifsek, …
biex tkun kollox għall-oħrajn, …
li tkun bħall-oħrajn, qalb oħrajn, mal-oħrajn.
Ibni, m’intix waħdek.
Jiena miegħek, jiena fik.
Għandi bżonn bnedmin bħalek biex inkompli nitwieled u nifdi lid-dinja.
Għandi bżonnok.
Għandi bżonn xufftejk biex inkompli nitkellem,
għandi bżonn ġismek biex inkompli nbati,
għandi bżonn qalbek biex inkompli nħobb.
lbqa’ miegħi, nitolbok, ibni.
Ħawn jien Mulej …
Dan hu ġismi…din hi qalbi…hawn hi ruħi.
Agħmel Mulej li jien inkun ‘kbir’ biżżejed
biex niċħad id-dinja.
Illejla qiegħed hawn.
Meta nħoss id-dinja tagħfas fuq spallejja,
nerġa ntenni,
“Iva, Mulej! Iva! Naf Mulej, … mhix cajta!”
Minn Michael Quoist. Filmat minn Joe Galea