Illum, it-18 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-festa ta’ SAN LUQA.
Fil-qari tal-Quddiesa, San Pawl isemmi l-MANTELL. Jiġri li ċerti termini jibqgħu għaddejjin mingħajr ma nagħtu każhom. X’kien dan il-MANTELL?
Hemm ktieb sabiħ, ‘IL MANTELLO E LA SPADA’, li fih spjega dwar din is-silta. Il-mantell hu dak li Pawlu, abbandunat u jħoss il-bard fil-ħabs ta’ Filippi, talab lil Filemon biex iġibulu għax kien ħallieh Troas. Pawlu jsemmi b’isimhom lil xi wħud li telquh, imma jgħid li LUQA biss baqa’ miegħu meta kien fid-diffikultà.
Mela jekk nisimgħu b’min qed jitlaq ir-Reliġjon, nagħmlu bħal LUQA, li baqa’ jżomm sħiħ. M’għandniex raġun biex naqtgħu qalbna. Anzi għandna nħarsu lejn ħafna persuni u ġrajjiet li jinkuraġġuna. Hawn ħafna nies tajbin u hawn ħafna ġrajjiet pożittivi fil-Knisja.
Minn Joe Galea