Waqt it-talba tal-Anġelus tal-Ħadd 17 ta’ Ottubru, l-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu mal-familji li tilfu lill-maħbubin tagħhom fl-attakki li seħħew il-ġimgħa li għaddiet fin-Norveġja, fl-Afganistan u fir-Renju Unit. Huwa esprima n-niket tiegħu dwar il-bosta mwiet u persuni midruba. Huwa appella biex jieqfu jużaw il-vjolenza, li hija dejjem telfa għal kulħadd u twassal biss għal aktar vjolenza.
Il-Qdusija Tiegħu, ftakar ukoll fil-beatifikazzjoni ta’ Fr Juan Elìas Medina u 126 ħbieb martri, li kienu saċerdoti, reliġjużi, seminaristi, u lajċi maqtula minħabba mibegħda lejn il-fidi, waqt il-persekuzzjoni reliġjuża vjolenti fi Spanja fis-snin tletin. Il-Papa qal: “Jalla l-fedeltà tagħhom tagħtina lkoll s-saħħa, speċjalment lill-Insara ppersegwitati f’diversi partijiet tad-dinja, l-qawwa li b’kuraġġ nagħtu xhieda tal-Evanġelju”. Il-beatifikazzjoni saret is-Sibt f’Cordoba, Spanja.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-remembers-victims-of-attacks-in-norway-afghanistan-and-uk.html