Ġwanni Duns Skotu

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI. Udjenza Ġenerali.07/07/2010. Il-Knisja tagħmel it-tifkira tiegħu fit-8 ta’ Novembru.

Il-Beatu Ġwanni Dun Skotu

Dixxiplu fidil ta’ San Franġisk, Duns Skotu kien iħobb jikkontempla u jipprietka l-Misteru tal-Passjoni salvifika ta’ Kristu, espressjoni tar-rieda ta’ mħabba, tal-imħabba bla tarf ta’ Alla, li jikkomunika b’ġenerożità liema bħalha ’l barra minnu nnifsu r-raġġi tat-tjieba u l-imħabba tiegħu.

Dan huwa figura oħra importanti fl-istorja tat-teoloġija, ippreżentata lilna mill-Papa Benedittu XVI f’waħda mill-katekeżijiet li kien għamel fuq personalitajiet kbar tal-Knisja.

Il-Beatu Ġwanni Dun Skotu, li għex lejn tmiem is-seklu 13. Kitba antika fuq il-qabar tiegħu tiġbor l-imkejjen ġeografiċi ta’ ħajtu: “l-Ingilterra laqgħetu; Franza għallmitu; Cologne, fil-Ġermanja, tgħożż fdalijietu; fl-Iskozja huwa twieled”. Ma nistgħux nittraskuraw dan it-tagħrif, anki għax ftit għandha tagħrif ieħor fuq il-ħajja ta’ Duns Skotu. Hu twieled aktarx fl-1266 f’raħal, li kien jissejjaħ proprju Duns, qrib Edinburgh. Miġbud mill-kariżma ta’ San Franġisk ta’ Assisi, daħal fil-Familja tal-Aħwa Minuri, u fl-1291 ġie ordnat saċerdot.

Ara il-Kateżeżi tal-Papa Benedittu XVI fuqil-Beatu Duns Skotu …

Ara aktar dwar personalitajiet kbar oħra tal-Knisja …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: