L-aħħar katekeżi tal-Papa Franpisku fuq l-Ittra lill-Galatin. 10/11/2021.
… Pawlu qatt ma kellu f’moħħu Kristjaneżmu paċifikatur, li ma jisfidax u bla enerġija, anzi bil-maqlub. Iddefenda l-libertà li ġab Kristu b’passjoni li sal-lum għadha tqanqalna, fuq kollox meta naħsbu fit-tbatijiet u fis-solitudni li kellu jġarrab. …
… Minn banda, it-tagħlim tal-Appostlu jnissel fina entużjażmu; inħossuna mħeġġa nimxu dritt fit-triq tal-libertà, biex “nimxu fl-Ispirtu”. Nimxu dejjem fl-Ispirtu: dan hu li jeħlisna. Min-naħa l-oħra, nafu x’inhuma l-limitazzjonijiet tagħna, għax immissuhom b’idejna ta’ kuljum meta nsibuha bi tqila li nkunu doċli għall-Ispirtu, u noqogħdu għall-azzjoni ta’ ġid tiegħu. Allura tista’ tilħaqna l-għeja li tħeddel il-ħeġġa. Inħossuna qalbna maqtugħa, dgħajfa, xi drabi mwarrbin għall-ġenb ħdejn l-istil ta’ ħajja skont il-mentalità tad-dinja. …
… Tegħjew qatt tagħmlu t-tajjeb. Irid ikollna fiduċja li l-Ispirtu dejjem jiġi jgħinna fid-dgħufija tagħna u jagħtina l-għajnuna li neħtieġu. Mela, nitgħallmu nsejħu iżjed ta’ spiss lill-Ispirtu s-Santu! …
Ara katekeżi kollha tal-Papa Franġisku bil-Malti …
Ara s-sensiela kollha ta’ katekeżi tal-Papa Franġisku dwar l-Ittra lill-Galatin …