Ħadd mhu daqshekk fqir li m’għandu xejn x’jagħti.

Print Friendly, PDF & Email

Il-fqar spiss jgħallmuna kif għandha tkun is-soliderjetà u l-qsim tal-ġid.

Ħadd mhu daqshekk fqir li m’għandu xejn x’jagħti. Il-fqar ma jistgħux ikunu biss dawk li jirċievu; huma għandhom ikollhom il-possibiltà li jagħtu xi ħaġa, għax huma jafu sew kif iwieġbu b’ġenerozità.

Kemm naraw b’għajnejna eżempji ta’ qsim! Il-fqar spiss jgħallmuna kif għandha tkun is-soliderjetà u l-qsim tal-ġid. Huwa minnu li huma persuni li jonqoshom xi affarijiet, u ħafna drabi jkun jonqoshom ħafna affarijiet, kultant anke dak li hu meħtieġ, imma mhumex nies li m’għandhom xejn, għax fihom hemm id-dinjità ta’ wlied Alla, u dan ħadd u xejn ma jista’ jeħodhielhom.

Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-ħames Jum Dinji tal-Fqar …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: