Anke Ġesù sab min ikasbru meta kien f’agunija fuq is-salib. Kultant nagħmlu hekk ma’ xulxin. “Inżel minn hemm” (Mk 15:30), qalulu. Hekk għedna wkoll uħud minna: “Aqbeż minn hemm”.
Nifhmu meta ħuna u oħtna jkunu fuq is-salib? Din iġġegħelna nistaqsu wkoll is-sinifkat tar-ritwali tagħna. Kemm aħna devoti tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Milied li ġej fuqna! Imma nifhmu s-sinifikat profond ta’ dak li niċċelebraw? Inti tista’ tgħid li l-Ġimgħa l-Kbira tħobbha ħafna imma mbagħad tara bniedem ibati u tgħidlu biex jaqbeż. Xi tħoss l-omm li tisimgħek tgħid hekk? U jekk ikun ħuk, jew ibnek tgħid l-istess? “Kull min iħobb il-verità jisma’ leħni”.
Ara l-omelija kollha tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fis-Solennità ta’ Kristu Sultan, 21 ta’ Novembru 2021 …