Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof f’Diċembru 2021

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, Facebook u YouTube.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa 3 ta’ Diċembru, fis‑2:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil‑quddiesa tal‑funeral ta’ Fra’ Matthew Festing li kien id‑79 Gran Mastru tal‑Ordni Sovran ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ħadd 5 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella tal‑Madonna tal‑Abbandunati, il‑Wardija. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tnejn 6 ta’ Diċembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa liturġika ta’ San Nikola ta’ Bari , fil‑Knisja Arċipretali tas‑Siġġiewi.

It‑Tlieta 7 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑għasar u quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir‑Rabat fl‑għeluq tas‑sena ta’ San Ġużepp.

L‑Erbgħa 8 ta’ Diċembru, Solennità tat‑Tnissil bla Tebgħa tal‑Verġni Mqaddsa Marija, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha tliet sorijiet jagħmlu l‑voti perpetwi tagħhom fil‑kongregazzjoni tas‑Sorijiet Franġiskani tal‑Qalb ta’ Ġesù, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.

Is‑Sibt 11 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑pussess lil erba’ kanonċi u l‑prepostu fil‑Kapitlu tal‑Bażilika Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, Birkirkara, u wara, matul il‑quddiesa, jagħti l‑pussess ta’ Arċipriet lil Monsinjur Louis Suban fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tiegħu.

Il‑Ħadd 19 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tal‑Isptar Mater Dei, l‑Imsida. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Diċembru, fil‑5:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar solenni tal‑Milied u wara jiċċelebra l‑quddiesa tal‑vġili fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fil‑11:15 p.m. jibda l‑uffiċċju tal‑qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied u ssir l‑prietka tat‑tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 25 ta’ Diċembru, Jum il‑Milied, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ħadd 26 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena u jitkanta t‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: