Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI fl-Udjenza Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2009
Id-diskorsi tiegħu kontra dawk li jkasbru x-xbihat
F’din il-katekeżi tiegħu, il-Papa Benedittu XVI jfakkar fuq kollox it-tliet diskorsi kontra dawk li jkasbru x-xbihat. F’dawn it-testi ta’ Ġwanni Damaxxenu għandna ħjiel tal-ewwel tentattivi teoloġiċi importanti għal-leġittimizzazzjoni tal-qima tax-xbihat imqaddsa, meta jorbtuhom mal-misteru tal-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla fil-ġuf tal-Verġni Marija. …
Ara test kollu tal-Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI …

In-natura li fiha huma riflessi t-tjieba u l-ġmiel ta’ Alla
Fuq kollox, Il-Papa Benedittu XVI jfisser kif it-teologu Damaxxenu fehem sewwa, li n-natura li fiha huma riflessi t-tjieba u l-ġmiel ta’ Alla, għalkemm midruba mill-ħtija tagħna, madankollu kienet msaħħa u mġedda mill-inżul tal-Iben ta’ Alla fil-ġisem …