Il-liġi f’Malta kontra l-abort issalva l-ħajjiet

Print Friendly, PDF & Email

Il-liġi f’Malta għal kontra l-abort issalva l-ħajjiet qalet iċ-ċhairperson tal-Fondazzjoni Life Network, Miriam Sciberras, waqt mixja favur il-ħajja li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-mixja kien li f’Malta titrawwem kuxjenza ta’ protezzjoni u promozzjoni tal-ħajja umana mill-konċepiment.

Sciberras qalet li b’din il-mixja, jixtiequ jkunu l-vuċi tal-vulnerabbli fis-soċjetà, l-aktar it-tarbija fil-ġuf. F’diskors li għamlet fi tmiem il-mixja Sciberras qalet li fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, qed jappellaw lill-ogħla awtoritajiet sabiex ikomplu jkunu minn ta’ quddiem biex kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna, jipproteġu kull ħajja.

“Il-preżenza tagħna f’din il-mixja tħeġġiġna naħdmu qatigħ sabiex Malta tibqa’ santwarju tal-protezzjoni tal-ħajja umana. Sa mill-eqdem żminijiet, Malta kienet santwarju għal-protezzjoni tal-ħajja, mill-koncepiment,” qalet Sciberras.

Sciberras qalet li t-tqala tikkawża ħafna problemi għall-mara imma hu hemm fejn għandha tkun offruta kull tip ta’ għajnuna u mhux soluzzjoni billi jeliminaw it-tarbija. Li jagħżlu l-ħajja dejjem aħjar milli jagħżlu l-mewt, saħqet Miriam Sciberras.

Kompla jiġi spjegat li għandu jkun ta’ unur u privileġġ għall-Maltin li jippromwovu dan il-kunċett fl-Ewropa, fejn id-dritt tal-ħajja hu mittiefes.

Il-Fondazzjoni appellat biex isir kull sforz sabiex tingħata għajnuna lin-nisa kollha, waqt u wara t-tqala, partikolarment lil dawk in-nisa f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà.

Il-Fondazzjoni toffri appoġġ u l-għajnuna prattika lil nisa u tfajliet, fi kriżi ta’ tqala. Takkumpanja lil dawn in-nisa f’dak kollu li jkollhom bżonn. Toffri anke għajnuna anke f’dijanjosi negattiva ta’ tqala u lil dawk li għandhom bżonn ifiqu mit-trawma tal-abort.

Sors: Newsbook.com.mt

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading