Tiżdied il-problema ta’ nies bla saqaf – ħaddiema ta’ Dar Osanna Pia

Print Friendly, PDF & Email

“Fi żmien il-Milied, aħsbu f’min hu bla saqaf fuq rasu jew jorqod f’karozza jew garaxx. F’dawk li m’għandhomx biex jixtru l-ikel jew iħallsu l-kera”.

Dan intqal mill-ħaddiema ta’ Dar Osanna Pia li tinsab f’Tas-Sliema u toffri programm ħolistiku għall-21 żgħażugħ li jinsabu bla saqaf fuq rashom.

Il-ħaddiema qalu wissew li, għalkemm ma narawx nies bla saqaf fit-tined bħal barra minn Malta, jekk tfittex sewwa tinnota li din il-problema qed tikber f’Malta , kemm fost il-Maltin u l-barranin.

Huma qalu li, fi żmien il-Milied, inkunu ħerqana biex nippreparaw xi festin mal-familja u nixtru r-rigali għalihom imma waqt li dan kollu qed isir, ikun hemm min ikun iddisprat biex isib fejn jorqod.

“Aħna ta’ Dar Osanna Pia nagħmlu minn kollox biex ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ. Sfortunatament, ġieli ma nkunux f’pożizzjoni li naċċettaw kull persuna minħabba d-domanda qawwija,” komplew jgħidu.

Minkejja li din il-problema mhux se tiġi solvuta f’ġurnata, Dar Osanna Pia qalet li kulħadd għandu rwol f’din il-ġlieda u huwa pass importanti ħafna li jkun hemm għarfien fuq din il-problema.

Jekk tixtieq tgħin lil Dar Osanna Pia, tista’ tibgħat fuq osannapiahome@sdb.org.mt.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: